Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 38:
Fl-[[elezzjoni|elezzjonijiet]] tal-[[1998]] u l-[[2003]] reġa' ġie elett bħala [[membru parlamentari]] u serva bħala Ministru tas-Sigurtà Soċjali u wara li fl-1999 [[Guido de Marco]] laħaq [[President ta' Malta|President tar-Repubblika]], Gonzi ikkontesta b'suċċess il-kariga ta' Viċi-Kap tal-partit. Ftit wara inħatar Viċi-Prim Ministru ta' Malta u ''Leader of the House'' tal-[[Kamra tad-Deputati]].
 
Buffta
=== Priministru 2004-2013 ===
 
Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista [[Eddie Fenech Adami]], Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi [[Frar]] [[2004]]. Hu laħaq Prim Ministru f'[[Marzu]] tal-istess sena.
 
Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-[[kriterji ta' Maastricht]] sabiex tidħol fiż-[[Żona Ewro]] u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-[[ewro]].
 
Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għanda tiffaċja. Fit-[[8 ta' Marzu]] [[2008]], il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-[[Malta Labour Party|Partit Laburista]] immexxi minn [[Alfred Sant]], li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-[[MEPA|Awtorità tal-Ippjanar]] u s-settur tat-[[turiżmu]] taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.