Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 45:
 
Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għanda tiffaċja. Fit-[[8 ta' Marzu]] [[2008]], il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-[[Malta Labour Party|Partit Laburista]] immexxi minn [[Alfred Sant]], li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-[[MEPA|Awtorità tal-Ippjanar]] u s-settur tat-[[turiżmu]] taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.
 
=== Kap tal-Oppożizzjoni ===
 
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid [[Joseph Muscat]]. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid.