Giorgio Napolitano: Differenza bejn il-verżjonijiet

president tal-Italja (2006-2015)
Content deleted Content added
Paġna ġdida: Giorgio Napolitano (Napli, Italja, 29 ta' Ġunju 1925) huwa l-President tar-Repubblika Taljana, u ilu fil-kariga mill-15 ta' Mejju 2006 u l-ewwel wieħed li ġie elett għa...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 11:12, 21 April 2013

Giorgio Napolitano (Napli, Italja, 29 ta' Ġunju 1925) huwa l-President tar-Repubblika Taljana, u ilu fil-kariga mill-15 ta' Mejju 2006 u l-ewwel wieħed li ġie elett għat-tieni mandat. Fl-20 ta' April 2013 il-Parlament Taljan eleġieh bħala l-ixjeħ President li qatt intgħażel, 87 sena. Huwa l-ħdax -il President tar-Repubblika u l-uniku wieħed li xi darba kien jagħmel parti mill-Partit Komunista Taljan.

Qabel kien Speaker tal-Kamra tad-Deputati fl-1992, u Ministru tal-Intern fl-ewwel Gvern ta' Prodi. Serva bħala deputat tal-Kamra bejn l-1953 u l-1996 u senatore a vita mill-2005 sakemm inħatar President sena wara. Huwa t-tielet President li ġej minn partit xellugi, wara Saragat u Pertini. Bħala President huwa nnomina tliet Prim Ministri: Romano Prodi (2006-2008), Silvio Berlusconi (2008-2011) u Mario Monti (2011, li għadu fil-kariga).