Tereża ta' Lisieux: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 44 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q181715
Linja 27:
Bint Louis Martin, arluġġar, u Zelie Guerin, Tereża twieldet f’Alencon, [[Franza]], u minn età żgħira kienet tifla qaddisa. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani.
 
Ommha Zelie mietet meta t-tifla kellha 4 snin, u qabel mietet kienet qalet lil żewġha li kien ikun aħjar li jafda lil uliedhom f’idejn il-mara ta’ ħuha, li kienet taqgħod Lisieux. U missier Therese, Louis, malli sab ruħu bil-piż tal-familja fuq spallejh, trasferixxa l-familja fil-belt ta’ Lisieux, qrib il-familja Guerin, fejn Therese għexet il-bqija ta’ ħajjitha. Meta wasal iż-żmien li Tħerese tibda tmur l-iskola, missierha ħaseb biex jiktibha fil-Kulleġġ immexxi mis-Sorijiet Benedittini, fejn diġà kienu jmorru ħutha l-bniet Leone u Celine. Therese ħaditha hekkhekvfnmk bi kbira t-telfa ta’ oħtha Pauline li daħlet soru mat-Tereżjani, illi lejn l-aħħar tas-sena 1882, meta kienet se tagħlaq 10 snin, waqgħet f’marda li ħallietha bla saħħa, tant li ħasbuha se tmut.
 
== Soru ==