Katerina II tar-Russja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 5:
Twieldet Sofia Federica Augusta, bint il-prinċep Ġermaniż ta' [[Anhalt-Zerbst]] u fl-1745, ta' 16-il sena, iżżewġet lill-Granduka [[Pietru III tar-Russja|Pietru Fëdorovič]], eredi għat-tron Russu. Kienet mara intelliġenti, kolta u sensittiva u ma damitx ma nfirdet minn żewġha li kien żorr u goff. Pietru III tilef l-appoġġ tal-Gwardja u ċ-ċirku tan-nies tal-qorti billi kien ixaqleb lejn il-Prussjani u għalhekk ġie depost. Imbagħad fl-20 ta' Ġunju 1762, Katerina II, telgħet fuq it-tron u ftit jiem wara żewġha miet fil-ħabs. L-imperatriċi l-ġdida ġiet akkużata li kienet il-kawża tal-mewt tiegħu. Taħt it-tmexxija tagħha, l-imperu Russu sar dejjem iżjed qawwi u kellu influwenza kbira fl-Ewropa.
 
Billi riedet tapplika l-prinċipji, li kienet segwaċi tagħhom, għall-metodu tat-tmexxija tagħha, bdiet bil-ħolqien ta' kodiċi ġdid ispirat mill-ideat tal-enċiklopedisti. Fl-istess ħin bl-għajnuna tal-favoriti tagħha, li kienet tavda fihom, b'mod partikolari Grigorij Orlov u Grigorij Potëmkin, u anki bis-suċċess tal-ġenerali bħal Pëtr Rumjancev u Aleksandr Suvorov, u l-ammiralli bħal Fëdor Ušakov, espandiet malajr l-eġemonija Russa f'bosta territorji: fil-punent kien hemm l-annessjoni tat-territorju kbir li kisbet meta xoljiet il-Konfederazione zjoni Polakka-Litwana, wara l-gwerer Russo-Torok l-imperu Russu okkupa l-Krimea u, lejn il-lvant estrem bdiet il-kolonizzazzjoni tal-Alaska.
 
Katerina kienet tammira ħafna 'l [[Pietru l-Kbir]] u kompliet timmodernizza ir-Russja tal-Punent billi timxi mal-idejat tal-assolutiżmu mdawwal: kienet tinteressa ruħha fil-problemi tat-tagħlim u waqfet l-ewwel istitut feminili għat-tagħlim superjuri. Kienet tinteressa ruħha wkoll fil-finanzi u fil-ħolqien ta' bliet żgħar imwaqqfin bl-ordi tagħha.