Midfilder: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 29 interwiki links, now provided by Wikidata on d:q193592 (translate me)
No edit summary
Linja 7:
Il-midfilders ċentrali għandhom numru ta' rwoli differenti fil-futbol, u probabbilment huma l-iktar importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-bini tal-attakki. Il-pożizzjoni tagħhom tippermettilhom li jkollhom dehra sħiħa tal-partita, u minħabba li l-maġġoranza tal-logħob isir madwar din iż-żona ta' nofs il-grawnd, il-midfilders ħafna drabi għandu grad għoli ta' kontroll fuq kif logħba tintlagħab. Din il-parti tal-grawnd tinstab ħafna drabi bħala l-"magna" tat-tim, minħabba li timijiet kbar ftit li xejn jagħmlu suċċess mingħajr midfilders ċentrali ta' kwalità.
 
=== Midfilder difensiv ===
 
Midfilder difensiv huwa midfilder ċentrali li huwa stazzjonat quddiem id-difensuri għal raġunijiet difensuri, biex "iżomm lura" 'l-attakkanti milli jattakkaw. Din hi possibilment l-iktar rwol ġdid fit-tattiċi tal-futbol modern.
Linja 18:
* Jiddirezzjonaw l-azzjoni avversarja fuq il-faxex fejn tkun inqas effettiva. Ħafna drabi, il-midfilders difensivi jiġu mpjegati qrib il-faxex sabiex jannullaw l-attakki tal-midfilders offensivi fuq il-faxex tat-tim avversarju.
 
=== Midfilder offensiv ===
 
Midfilder offensiv huwa kwalunkwe midfilder li huwa stazzjonat f'pożizzjoni aktar avvanzata f'nofs il-grawnd biex jassisti l-gowls. Il-pożizzjoni ta' midfilder offensiv hija waħda influwenti u tirrikjedi plejer li jħaddan abilitajiet tekniċi, fil-passaġġi, fl-ixuttjar, fil-ġiri u fid-dribbling.