Manwel Dimech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 77.243.79.133 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' SamoaBot
Linja 5:
'''Manwel Dimech''' ([[Belt Valletta|Valletta]], [[25 ta' Diċembru]] [[1860]] – [[Lixandra]], [[17 ta' April]] [[1921]]) kien l-ikbar riformatur soċjali ta' [[Malta]] kolonja, filosfu, ġurnalist, u awtur.
 
== Tfulija ==
 
Bin Karmenu u Evanġelista mwielda Zammit, Manwel Dimech twieled il-Belt Valletta, fi triq San Ġwann, ħdejn il-Knisja ta' Ġieżu, f'faqar kbir. Tgħammed dakinhar stess fil-Knisja ta' San Pawl. Kien it-tielet wild fost ħames ulied. Ommu kellha erbat itfal oħra mill-ewwel żwieġ tagħha ma' Salvu Testa li ħallieha armla meta kien għad kellha 17-il sena. 7 xhur wara l-mewt ta' Testa żżewġet lil Karmenu, missier Manwel Dimech, li miet hu wkoll 19-il sena wara, ta' 37 sena. Il-familja Dimech kienu joqogħdu f'kamra waħda ġo kerrejja li fiha kienu jgħixu 14-il familja, madwar 60 ruħ. Meta kellu 4 snin marru joqogħdu Santa Venera u iktar tard Ta' Paris, Birkirkara.