Dun Ġorġ Preca: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 9 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q607845
No edit summary
Linja 105:
 
==== L-Isptar ta' Kristu ====
Ktieb kurjuż dan ta' Dun Ġorġ. Kitbu fis-snin ħamsin iżda li baqa' ma ppubblikahx f'ħajtu. Ħareġ l-ewwel darba f'forma stensiljata fl-1980 u mbagħad fl-1997 ħareġ bħala ktieb. L-Isptar ta' Kristu hu miktub bil-għan li n-nisrani, kif jgħid Dun Ġorġ innifsu fid-Daħla għall-Ktieb, jista' fl-immaġinazzjoni tiegħu jidħol fl-“isptar” ta' Kristu fejn isib it-“tabib” li jagħtih il-kura li tkun taqbel għall-marda tar-ruħ tiegħu biex jista' jfiq minnha u jkollu l-paċi. It-Tabib tas-Sema, li hu Ġesu Kristu, mhuwiex f'dan l-isptar għax siefer 'il- bogħod u se jdum ma jiġi lura. Minfloku iżda, hu ħalla tobba oħra mħarrġin minnu stess u mgħallmin l-istess duttrina tiegħu, u għalhekk kapaċi jikkuraw il-marid bla ma l-pazjenti għandhom għalfejn jiddubitaw minnhom. Il-morda għandhom jiftħu qalbhom ma' dawn it-tobba u jqisuhom bħala ħbieb. F'dan l-isptar il-kura tal-mard hija mingħajr ħlas. L-Isptar li qed jitkellem fuqu Dun Ġorġ hija l-Knisja li lilha Ġesu afda l-fejqan spiritwali u s-saħħa ta' dawk kollha li jemmnu fih u jersqu lejha. Il-mard imsemmi hawn huma l-vizzjijiet li jista' jaqa' fihom il-bniedem, il-ġibdiet ħżiena, u ġrieħi oħra spiritwali li jnikktu lill-bniedem. Meta l-marid imur f'dan l-isptar partikolari joqgħod jistenna fil-waiting room fejn jista' jaħseb fit-tul fuq l-aħħar ħwejjeġ, in-novissimi (mewt, ġudizzju, infern u ġenna), bl-għajnuna ta' erba' inkwadri kbar. Imbagħad it-tabib isejjaħlu u jistaqsih x'inhi l-marda tar-ruħ tiegħu. Kif il-marid jgħidlu minn xiex qiegħed ibati, it-tabib iwasslu lejn is-sala mħejjija għal dik il-marda. F'dik is-sala t-tabib jagħti l-injezzjoni skond il-marda. Din tikkonsisti filli t-tabib jagħmillu lezzjoni qasira billi jurih il-kruha tal-vizzju jew il-marda tiegħu u jgħidlu x'mezzi għandu juża biex ifiq. Wara jagħtih kaxxa injezzjonijiet biex jista' jkompli l-kors għal tul xahar, flimkien ma' sentenza spiritwali biex joqgħod jaħseb fuqha. L-aħħar kliem li jgħidlu t-tabib huwa “Is-Sinjur Alla jkun dejjem miegħek.” Imbagħad isejjaħ il-purtinar biex jakkumpanja l-pazjent sal-bieb. F'L-Isptar ta' Kristu Dun Ġorġ jitratta 22 suġġett, li huma ż-żina, l-korla, l-għira, l-mibegħda, x-xeħħa, s-suppervja, s-serq, il-gidba, l-vanaglorja, d-dagħa, t-tlablib, l-ambizzjoni, l-ikel u xorb żejjed, il-vendetta, l-qtigħ il-qalb, il-bruda, l-iskrupli, il-ġlied, il-fittaġni, il-kurżità, l-għażż u n-nuqqas ta' fidi. Jidher li Dun Ġorġ kellu l-ħsieb li jżid xi suġġetti oħra qabel ma jippubblikah bħalma huma s-supersitizzjoni u t-tfittxija għall-kumdità.
 
<small>{{kwota|It-Tabib: Għidli, x'inhija l-marda tar-ruħ tiegħek?