Speċi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 102 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q7432
No edit summary
Linja 15:
; [[Speċi]] Tipoloġika : Grupp ta' organiżmi f'liema l-individwi huma membri ta' l-i[[speċi]] jekk huma konformi biżżejjed ma' certu kriterji fissi. Il-qalba tal-varjazjonijiet jew fenotipi fl-eżemplarijiet (ie: dnieb twal u qosra) jiddiferenzjaw l-i[[speċi]]. Dan il-metodu klassiku gie użat biex ikunu determinati l-i[[speċi]], bħal fil-każ ta' Linnaeus kmieni fit-teorija evoluzjonarja. Madankollu, llum il-ġurnata nafu li fenotipi differenti ma jfissrux li għandhom iwasslu dejjem għal [[speċi]] differenti (eż. Drosophila b'4 gwejnaħ imwieled għand omm b'2 gwejnaħ ma jfissirx li huma [[speċi]] differenti minn xulxin). [[Speċi]] imsemmija b'dan il-mod jissejħu '''''morfospeċi'''''.
 
; [[Speċi]] Morfoloġika : Popolazjoni jew grupp ta' poplazjonijiet li huma mofoloġikament differenti minn popolazjonijiet oħra. Pereżempju, wieħed jista jaraf bejn tiġieġq u papra għax għandhom il-forma tal-munqar w is-saqajn visibilment differenti. L-i[[speċi]] ġew definiti b'dan il-mod minn ħafna qabel ma' l-istorja bdiet tiġi miktuba. Dan il-kunċett ta' [[speċi]] huwa kritikat ħafna għax dati ġenetiċi reċenti urew li popolazjonijiet ġenetikament 'il- bogħod jisgħtu jkunu mofoloġikament simili filwaqt li popolazjonijiet b'differenzi morfoloġiċi kbar xi kultant jisgħtu jkunu relatati fil-qrib. Wieħed ma jridx jinsa, li l-biċċa l-kbira tal-i[[speċi]] magħrufa ġew deskritti biss morfoloġikament u b'hekk fil-futur mhux 'il- bogħod wieħed jista jistenna bidliet kbar.
 
; [[Speċi]] Bijoloġika / Iżolata : Set ta' popolazjonijiet li attwalment jew potenzjalment jipproduċu bejniethom. Ġeneralment fix-xogħolijiet tax-xjentisti din hija l-aktar formulazjoni utli b'eżempji ta' [[Takson|Taksa]] ogħlja bħal [[Mammiferu|mammiferi]], [[ħut]], u [[għasafar]], iżda bla sens għal [[organiżmi]] li ma jirriproduċux sesswalment. Din ma tiddistingwixx bejn il-possibilita tejoretika ta' riproduzjoni fil-popolazjoni biss w il-possibilita ta' taħlit attwali ta' ġeni bejn il-popolazjonijiet u b'hekk mhijiex pratikabli f'sitwazjonijiet ta' popolazjonijiet allopatriċi (jew f'popolazjonijiet ġeografikament iżolati). Ir-risultati ta' riproduzjoni sperimentali f'kundizjonijiet artifiċjali jistgħu bħal ma jistgħux jirriflettu x'jista jiġri li kieku l-istess organiżmi jiltaqgħu fis-selvaġġ u b'hekk huwa diffiċli biex wieħed jgħid jekk dawn ir-risultati humiex referenzi tajba għal-popolazjonijiet naturali.