Ġużè Galea: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:GuzeGalea.jpg|thumb|lemin|200px|Ġużè Galea <small>bil-korteżija tal-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]</small>]]
'''Ġużè Galea''' ([[Ħal-Qormi]], 17 ta' Lulju, 1901 – 26 ta’ Marzu, 1978) kien tabib u kittieb Malti.
 
Studja fis-Seminarju tal-Arċisqof (1914-17) u wara fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi (1918-20). Mill-Università ta' Malta ħa l-lawrja ta' spiżjar (Ph.C.) fl-1925 u ta' tabib (M.D.) fl-1928. Mar jistudja Londra fejn speċjalizza fis-Saħħa Pubblika u ħa id-Diploma fis-Saħħa Pubblika (D.P.H.) mir-R.C.P.S. fl-1932 u wara sar ''Fellow of the Royal Society of Health''.
 
Għamel karriera fis-servizz tas-saħħa tal-gvern Malti. Kien uffiċjal mediku reżidenti mill-1928 sal-1930, uffiċjal mediku għall-kwarantina mill-1932 sal-1937, uffiċjal mediku għas-saħħa pubblika mill-1937 sal-1947, uffiċjal għoli tas-saħħa mill-1949 sal-1951, uffiċjal mediku prinċipali tal-gvern u suprintendent tas-saħħa pubblika mill-1951 sal-1961.
 
Ġużè Galea kien jinteressa ruħu ħafna f'raħal twelidu u fl-1925 meta kien għadu student tal-mediċina ppubblika ''Il-Knisja ta' Ħal Qormi'' u sitt snin wara '' Storja Qasira ta' l-Ordni Kostantinjan ta' San Ġorġ''.