Partit Nazzjonalista (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 13:
}}
 
Il-'''Partit Nazzjonalista''' huwa partit politiku Malti, wieħed miż-żewġ partiti ewlenin f'Malta (l-ieħor il-[[Partit Laburista (Malta)]]) u attwalment jinsab fl-Oppożizzjoni. Huwa jiddeskrivi ruħu bħala partit demokratiku nisrani (fil-fatt huwa affiljat mad-Demokrazija Kristjana Internazzjonali, mal-Partit Popolari Ewropew u l-Unjoni Demokratika Internazzjonali.
 
== L-Ewwel Snin ==
 
Il-Partit Nazzjonalista twaqqaf fl-[[1880]] minn Dott. [[Fortunato Mizzi]], avukat [[Għawdxi]], bħala l-Partit Anti-Riformista bil-għan li jeħodha kontra d-dħul ta' miżuri fiskali mill-Gvern Kolonjali u l-angliċizzazzjoni tas-sistema ġuridika u edukattiva ta' Malta. Fuq kollox, il-Partit ried sistema rappreżentattiva ta' Gvern li kienet tirrispetta x-xewqat tal-Maltin. Il-preżenza ta' rifuġjati Taljani mir-[[Riżorġiment Taljan]] ta' xejra ta' kostituzzjonaliżmu liberali lill-partit fl-ewwel snin tiegħu (li wasslet għall-inkwiet bejn Mizzi u l-Knisja) kif ukoll marka pro-Taljana sa [[l-Ewwel Gwerra Dinija]].
 
Sa l-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit kien maqsum bejn Astensjonisti u Anti-Astensjonisti. Tal-ewwel kienu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Gvern; l-oħrajn kienu jikkontestaw l-elezzjonijiet u jirriżenjaw malli jiġu eletti bħala protesta għan-nuqqas ta' rappreżentanti Maltin fil-Kunsill.
 
== It-[[Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinija]] u s-segwituwara ==
 
Is-simpatija lejn l-[[Italja]] swiethuswieth bil-kbir lill-Partit Nazzjonalista matul it-[[Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinija]]. Nerik Mizzi kien internat, l-ewwel f'Malta mbagħad fl-Uganda, u [[Ugo Mifsud|Ugo Pasquale Mifsud]] miet wara ħass ħażin li tah fil-Kunsill tal-Gvern waqt diskors imqanqal jiddefendi d-dritt tal-internati. Il-Partit lanqas biss ikkontesta l-elezzjonijiet tal-[[1945]] li għall-ewwel darba raw lill-Partit Laburista mmexxi minn [[Pawlu Boffa]] jsir Partit ta' gvern minflok it-tielet partit.
 
Imma l-Partit Nazzjonalista ma mietx u fl-elezzjonijiet tal-[[1947]], l-ewwel ta' wara l-gwerra li eleġġew Gvern Responsabbli, ħareġ bħala l-akbar partit wara l-Partit Laburista, fuq quddiem ta' numru ta' partiti oħra li ppruvaw joħdulu postu bħala partit ewlieni. Din il-pożizzjoni ssaħħet ftit snin wara meta qasma fil-Partit Laburista fl-[[1949]], meta [[Dom Mintoff]] laħaq mexxej, rat lill-Partit Nazzjonalista joħroġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet tas-sena ta' wara b'Nerik Mizzi bħala Prim Ministru. Għalkemm mingħajr maġġoranza Parlamentari u l-mewt ta' Mizzi u l-waqgħa tal-Gvern ftit xhur biss wara, l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista bħala kontendent għall-Gvern issa kienet mingħajr dubju.
 
Kien hemm żewġ elezzjonijiet fl-[[1951]] u fl-[[1953]] li fihom il-Partit Nazzjonalista fforma koalizzjonijiet li ma tantx damu mal-Malta Workers' Party ta' [[Pawlu Boffa]], l-i''splinter'' li ħareġ mill-Partit Laburista. Tul iż-żewġ leġislaturi l-Prim Ministru kien Giorgio[[Ġorġ Borg Olivier|George Borg Olivier]], li laħaq Kap tal-Partit wara l-mewt ta' Mizzi.
 
Il-Partit imbagħad tilef l-elezzjonijiet tal-[[1955]]. Bil-[[Malta Labour Party]] fil-Gvern il-kwistjoni ewlenija kienet dik tal-''Integration'' mar-Renju Unit. Il-Partit Nazzjonalista oppona din il-proposta. L-Integration falliet fil-biċċa l-kbira minħabba li r-Renju Unit tilef l-intess fil-kwistjoni l-aktar wara l-fjask ta' Suez fl-1956 u s-sensji li kienu bdew jingħataw it-Tarzna li waslu għal numru ta' inċidenti. Il-Prim Ministru Laburista Mintoff irreżenja u Borg Olivier irrifjuta l-istedina li jipprova jifforma Gvern. Minħabba f'hekk il-Gvern Kolonjali ssospenda l-Kostituzzjoni fl-[[1958]].
Linja 33:
== Is-snin sittin u l-Indipendenza ==
 
Bejn is-sospensjoni tal-Kostituzzjoni fl-1958 u l-għoti ta' waħda ġdida fl-1961 seħħew avvenimenti importanti fix-xenarju politiku Malti. Il-Partit Laburista, li wara l-falliment tal-''Integration'' kien sar favur l-Indipendenza (politika li anke ħaddan il-Partit Nazzjonalista) kien beda jieħu pożizzjoni antagonistika fil-konfront tal-Knisja, l-aktar minħabba li ra fiha l-kawża għall-falliment tal-''Integration''. Il-Partit Laburista kien ukoll beda jindieħes ma' movimenti indipendentisti tat-Tielet Dinja li Knisja rathom bħala fronti għall-Komuniżmu. Dan wassal biex il-Knisja imponiet id-dnub il-mejjet fuq l-Eżekuttiv tal-Partit kif ukoll fuq il-votanti tiegħu. Dan wassal għal qasma fil-Partit Laburista bit-tluq ta' grupp li fforma l-''Christian Workers Party'' taħt [[Toni Pellegrini]].
 
Il-Partit Nazzjonalista wkoll sofra qasma meta grupp ta' nies li ma kinux jaqblu mal-istil ta' tmexxija ta' Borg Olivier u li ma kinux tant favorevoli għall-Indipendenza, inqatgħu u ffurmaw il-Partit Demokratiku Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta' [[Herbert Ganado|Dr Herbert Ganado]].
 
Il-Partit Nazzjonalista ħareġ bħala l-akbar Partit fl-elezzjonijiet tal-[[1962]], li fihom il-Knisja Kattolika imponiet id-dnub il-mejjet fuq min jivvota lill-Partit Laburista, u qasma tal-kamraKamra assiguratlu maġġoranza parlamentari. Il-Partit mexxa n-negozjati ta' [[Jum l-Indipendenza (Malta)|l-Indipendenza]] li kienet akkwistata fl-1964. Il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-1966 b'mod, bil-Kwistjoni bejn il-Knisja u l-Partit Laburista għadha konvinċentimiftuħa, elezzjonijiet li fissru wkoll it-tmiem tal-Partit Demokratiku Nazzjonalista.
 
== Is-snin sebgħin u tmenin ==
 
Il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjonijiet tal-[[1971]] u reġa' tilef dawk tal-[[1976]] b'marġini akbar, bil-Partit Laburista mmexxi minn Mintoff fil-gvern. Fl-[[1977]] saret elezzjoni għal Kap Suċċessur li fiha ġie elett Dott. [[Eddie Fenech Adami]] li qabel kien serva bħala Segretarju Ġenerali. Fenech Adami ħa t-tmexxija tal-Partit fl-[[1978]]. Borg Olivier miet ftit snin wara, fl-1980. Sadattant is-sitwazzjoni fil-pajjiż kienet qed taggrava, b'tensjoni dejjem tikber u vjolenza, terrur politiku u vandaliżmu dejjem jiżdiedu. Fl-1979 ġiet issakkeġġata d-dar ta' Fenech Adami u nħarqet il-''Progress Press''.
 
Il-Partit akkwista maġġoranza assoluta ta' voti fl-elezzjonijiet tal-[[1981]] (għall-ewwel darba mill-1933) imma mhux maġġoranza parlamentari. Din wasslet għal sitwazzjoni ta' kriżi wara li d-deputati eletti f'isem il-Partit irrifjutaw li jieħdu posthom fil-Parlament. Is-sitwazzjoni żblukkat ruħha ftit ta' snin wara imma tensjoni u vjolenza komplew matul dawn is-snin. Kien hemm attakki vjolenti fuq il-każini kollha tal-Partit Nazzjonalista, inkluz l-istamperija f'tal-Pietà; ġiet attakkata u mfarrka lil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana; ġiet attakkata wkoll l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiz, il-Qorti fil-Belt [[Valletta]]. Kien hemm skontri vjolenti kull darba li l-PN kien jorganizza 'mass meetings', bejn partitarji Nazzjonalisti u membri tal-Korp tal-Pulizija flimkien ma' partitarji Laburisti, bil-'mass meeting' f'tal-Barrani, limiti ta' Santa Luċija fost l-iktar li jibqgħu jissemmew. Il-borma faret f'daqqa bil-qtil kiesaħ u biered ta' Raymond Caruana li nqatel f'Diċembru tal-1986, meta xi hadd f'karozza għaddejja spara arma tan-nar fuq il-każin Nazzjonalista fil-Gudja, waqt li kien għaddej fih riċeviment. Ftit qabel l-elezzjoni tal-[[1987]] iż-żewġ naħat tal-Kamra qablu li l-Kostituzzjoni tiġi emendata biex tassigura maġġoranza Parlamentari lill-Partit li jkollu maġġoranza ta' voti. Dan wassal biex il-Partit Nazzjonalista jifforma Gvern wara 16-il sena fl-Oppożizzjoni.
 
== Mis-snin disgħin sal-lum2012 ==
 
Il-Gvern Nazzjonalista applika biex Malta tidħol fis-Suq Komuni Ewropew fl-1990. Sadattant, b'ekonomija sejra tajba grazzi għall-liberalizzazzjoni u investimenti pubbliċi sostanzjali, il-Partit reġa' rebaħ l-elezzjonijiet tal-1992 b'mod konvinċenti. Il-Partit, iżda, tilef il-konfront tal-1996 mal-Partit Laburista taħt il-mexxej [[Alfred Sant]].
Linja 53:
Din il-leġislatura kienet ikkaratterizzata minn negozjati ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, sħubija li kienet opposta mill-Partit Laburista. Dawn in-negozjati ngħalqu fl-2002 u l-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ għal vot "iva" f'Marzu tas-sena ta' wara. Il-vot pożittiv f'dan ir-referendum kien segwit minn elezzjoni ġenerali ftit ġimgħat wara li l-Partit Nazzjonalista reġa' rebaħ.
 
Fl-2004 Fenech Adami rriżenja minn Prim Ministru u Kap tal-Partit u ġie elett minfloku Dr. [[Lawrence Gonzi]]. Wara Fenech Adami sar il-President tar-Repubblika ta' [[Malta]].
 
Il-Partit Nazzjonalista kkontesta l-elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu 2008 għall-ewwel darba b'dan il-mexxej il-ġdid, [[Lawrence Gonzi]], u mill-ġdid rebaħ.
Linja 59:
Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, id-deputat Nazzjonalista [[Franco Debono]] flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m’għaddiex b’35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern waqa’. Dan ġiegħel lill-Priministru Gonzi jmur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta’ Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta’ Marzu 2013.
 
== L-Elezzjoni tal-2013 ==
Il-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu meta kiseb 132,426 vot. Hekk il-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni. Il-PL se jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament.
 
IlFid-9 ta' Marzu 2013, il-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 167,533 vot, 35,107 aktar mill-Partit Nazzjonalista li ġarrab waħda mill-ikbar telfiet tiegħu meta kiseb 132,426 vot. Hekk il-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni. Il-PL se jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Il-Kap tal-Partit Lawrence ħabbar li kien se jirreżenja u ma kienx se jikkontesta għall-elezzjoni ta' Kap ġdid fil-bidu ta' Mejju 2013.
 
Fl-istess jum, il-Partit Nazzjonalista tilef ukoll l-Elezzjonijiet Lokali li saru fi 33 lokalità. Il-Partit Laburista żied il-voti fuq l-elezzjonijiet ta’ erba' snin qabel fl-istess lokalitajiet bi 2.2% biex issa ġab kważi 57%. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista naq­qas il-voti bi kważi 2% u ġab 42%. F’dawn l-elezzjonijiet, il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba il-kunsill lokali ta’ Birkirkara u kien hemm ħames lokalitajiet oħra li fihom il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza: l-Imtarfa, Tal-Pietà, il-Mellieħa, l-Imqabba u Santa Venera. Hekk fl-2013, il-Partit Laburista għandu kważi żewġ terzi, 65%, tal-lokalitajiet kollha f'idejh, 44 lokalità minn 68. Il-Partit Nazzjonalista għandu biss maġġoranza f'24 lokalità.
 
== Rappreżentanza ==
 
BħalissaWara l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta)|Elezzjonijiet 2013]], il-Partit Nazzjonalista għandu 3530 Deputat minn 69 fil-Kamra tad-Deputati u 2 Membri millmis-ħamsasitta li għandha Malta fil-Parlament Ewropew.
 
== Mexxejja tal-Partit Nazzjonalista mill-[[1926]] ==