Ġużè Muscat Azzopardi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 5:
 
Muscat Azzopardi kien kelliem kapaċi, politiku popolari, kritiku tal-palk magħruf, ġurnalist versatili u parteċipant attiv fl-ambjent soċjo-kulturali. Fil-waqt li kien avukat ta' suċċess, huwa laħaq President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali u kien membru tal-''Giunta Teatrale'' tal-Gvern. B’ħerqa kbira kien jippromwovi d-drama Maltija u kien l-editur ta’ diversi ħarġiet perjodiċi fosthom ''In-Naħla Maltija'' (1878) u ''Il-Ħabib'' (1911), u anke kkontribbwixxa f’publikazzjonijiet oħra bħal ''Id-Dawl'' (1892) u ''Il-Ħabbar Malti''.
 
[[Stampa:dargma|thumb|Id-dar fejn twieled Muscat Azzopardi]]
 
Ġużè Muscat Azzopardi kien membru fil-[[Kunsill tal-Gvern]] u waqqaf l-[[Akkademja tal-Malti|Għaqda Kittieba tal-Malti]] (li aktar tard saret l-[http://www.akkademjatalmalti.com/ Akkademja tal-Malti]). Fl-1920 ġie elett bħala l-ewwel president tagħha, kariga li żamm sa mewtu. Fl-1924 sar l-ewwel editor ta’ ''Il-Malti'', il-ħarġa perjodikali ta’ l-għaqda. Għal xi żmien kien eżaminatur tat-Taljan fl-Università ta’ Malta u fis-Seminarju.