Charles Dickens: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 6:
Il-kitbiet ta' Dickens tfaħħru bil-kbir minn awturi kbar bħal Leo Tolstoy, George Orwell, u G. K. Chesterton għar-realiżmu tagħhom, komiċità, stil, karatterizzazzjoni unika, u kritika soċjali.
 
"[[Oliver Twist]]", "[[Għanja tal-Milied|A Christmas Carol]]", "Great Expectations", "David Copperfield", "A Tale of Two Cities", "The Old Curiosity Shop" u "The Life and Adventures of Nicholas Nickelby" huma biss uhud mix-xogħlijiet -forsi l-iktar popolari- ta' Charles Dickens, studjati matul is-snin minn eluf ta' tfal fuq il-bankijiet tal-iskola imma wkoll minn eluf oħra li raw film jew xogħol teatrali fosthom ukoll musicals ispirati mill-istejjer mill-iktar ħajja tal-kittieb Ingliż.
 
Xogħlijietu huma meqjusin bħala għajta kbira soċjali kontra l-faqar u l-inġustizzji ta' dak iż-żmien, influwenzati mhux ftit mill-esperjenza diretta ta' Dickens tfajjel li ta' 12-il sena spiċċa waħdu, mingħajr familja, jaħdem f'fabbrika, meta familtu spiċċat il-ħabs, l-iktar minħabba d-dejn kbir li kien daħal għalih missieru. Esperjenzi li mmarkaw lit-tfajjel tant li huma riflessi ferm fil-kitbiet tiegħu li sal-lum nqalbu f'iktar minn 300 adattament għall-film jew għat-televiżjoni li min-naħa tagħhom rebħu wkoll diversi Oscars.