Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 42:
 
Il-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] kiseb 167,533 vot, 35,107 aktar mill-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] li kiseb 132,426 vot f’dik li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza għal diversi snin tant li bħala persentaġġi l-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%, kif kien ħabbar kull stħarriġ li sar qabel l-elezzjoni.
 
Il-Partit Laburista (PL) żied il-voti fuq kull distrett waqt li l-Partit Nazzjonalista (PN) naq­qas tiegħu f’kull distrett.
 
B’mod totali, f’din l-elezzjoni l-PL kiseb 167,533 vot meta ħames snin qabel kien ġab 141,888 vot, jiġifieri żied fil-voti b’25,645. Dan kien ifisser li bħala persentaġġ l-PL żied b’6.04% wara li minn 48.79% fl-2008 tela' għal 54.83%.
 
Min-naħa tiegħu, il-PN kiseb 132,426 vot meta fl-elezzjoni ġenerali ta’ ħames snin ilu kien ġab 143,468. Dan ifisser tnaqqis ta’ 11,042 vot. Bħala persentaġġ, il-PN naqqas b’6%, minn 49.34% fl-2008 għal 43.34% fl-2013.
 
Fil-każ tal-Alternattiva Demokratika (AD), din rat il-voti tagħha jiżdiedu b’1,696, minn 3,810 fl-2008 għal 5,506 fl-2013. Dan ifisser li bħala persentaġġ l-AD żiedet b’0.49%, minn 1.31% fl-2008 għal 1.8% fl-2013.
 
L-Ewwel Distrett
Fl-elezzjoni tal-2008, il-PL kien ġab 10,688 vot waqt li l-PN kiseb 10,586 vot biex bħala persentaġġi l-PL kien kiseb 49.7% u l-PN 49.3%.
Fl-2013, il-PL kiseb 12,462 vot u l-PN 9,957 vot biex bħa­la persentaġġi ġabu 54.9% u 43.9% rispettivament.
Dan ifisser li waqt li l-PL żied 1,774 vot u tella l-persentaġġ b’5.2%, il-PN naqqas il-voti b’629 vot u l-persentaġġ b’5.4%.
 
It-Tieni Distrett
L-elezzjoni ta’ ħames snin ilu rat lill-PL jikseb 14,847 vot waqt li l-PN kiseb 7,110 vot biex bħala persentaġġi l-PL kien ġab 66.7% u l-PN 31.9%.
Fl-aħħar elezzjoni, il-PL kiseb 16,312 vot u l-PN 6,373 vot biex bħala persentaġġi ġabu 71% u 27.8% rispettivament.
Dan juri li waqt li l-PL żied 1,465 vot u tella l-persentaġġ b’4.3%, il-PN naqqas il-voti b’737 vot u l-persentaġġ b’4.1%.
 
It-Tielet Distrett
Ħames snin ilu l-PL kien kiseb 14,237 vot u l-PN 8,135 vot biex bħala persentaġġi l-PL kien ġab 62.5% u l-PN 35.7%.
Fl-aħħar elezzjoni, il-PL kiseb 16,050 vot u l-PN 7,025 vot biex bħala persentaġġi ġabu 68.5% u 30% rispettivament.
B’hekk, waqt li l-PL żied 1,813 vot u tella l-persentaġġ b’6%, il-PN naqqas il-voti b’1,110 vot u l-persentaġġ b’5.7%.
 
Ir-Raba’ Distrett
L-elezzjoni tal-2008 rat lill-PL jikseb 13,507 vot u l-PN 8,183 vot biex bħala persentaġġ il-PL kien ġab 61.5% u l-PN 37.3%.
F’din l-elezzjoni, il-PL kiseb 15,323 vot u l-PN 7,354 vot biex ġabu, bħala persentaġġi, 66.8% u 32.1% rispettivament.
Dan kien ifisser li waqt li l-PL żied il-voti b’1,816 vot u tella l-persentaġġ b’5.3%, il-PN naqqas il-voti b’829 vot u l-persentaġġ b’5.2%.
 
Il-Ħames Distrett
Waqt li fl-elezzjoni tal-2008 il-PL kiseb 13,571 vot u persentaġġ ta’ 60.3% fuq dan id-distrett, il-PN ġab 8,617 vot u persentaġġ ta’ 38.3%.
Fl-aħħar elezzjoni, il-PL kiseb 16,201 vot u l-PN 7,689 vot biex il-persentaġġi tagħ­hom kienu rispettivament 66.9% u 31.8% rispettivament.
B’hekk, waqt li l-PL żied il-voti b’2,630 vot u l-persentaġġ b’6.6%, il-PN naqqas il-voti b’928 vot u l-persentaġġ b’6.5%.
 
Is-Sitt Distrett
Il-PL kien kiseb 12,090 vot u persentaġġ ta’ 53.6% mentri l-PN kien ġab 10,215 vot għal persentaġġ ta’ 45.3%.
F’din l-elezzjoni, il-PL kiseb 13,934 vot u l-PN 9,330 vot biex il-persentaġġi tagħhom kienu ta’ 59.3% u 39.7% rispettivament.
Dan ir-riżultat ifisser li waqt li l-PL żied il-voti b’1,844 vot u l-persentaġġ b’5.7%, il-PN naqqas il-voti bi 885 vot u l-persentaġġ b’5.6%.
 
Is-Seba’ Distrett
Fl-elezzjoni ġenerali tal-2008, il-PL kien ġab 11,529 vot u persentaġġ ta’ 49.5% mentri l-PN ġab 10,887 vot għal persentaġġ ta’ 48.9%.
F’din l-elezzjoni l-PL kiseb 13,805 vot u l-PN 10,269 vot biex il-persentaġġi tagħhom kienu ta’ 56.5% u 42% rispettivament.
Dan ifisser li fuq perjodu ta’ ħames snin, il-PL żied il-voti b’2,276 vot u l-persentaġġ b’7%, il-PN naqqas il-voti bi 618 vot u l-persentaġġ b’6.9%.
 
It-Tmien Distrett
Ħames snin ilu l-PL kien ġab 9,309 vot u persentaġġ ta’ 41.4% mentri l-PN kien ġab 12,714 vot għal persentaġġ ta’ 56.5%.
Fl-aħħar elezzjoni l-PL kiseb 11,350 vot u l-PN 11,378 vot biex il-persentaġġi tagħhom kienu ta’ 47.9% u 49.6% rispettivament.
B’hekk, il-PL żied il-voti b’2,041 vot u l-persentaġġ b’6.5% waqt li l-PN naqqas il-voti b’1,336 vot u l-persentaġġ b’6.9%.
 
Id-Disa’ Distrett
Fl-2008, il-PL ġab 7,928 vot u persentaġġ ta’ 36.2% mentri l-PN kien ġab 13,388 vot għal persentaġġ ta’ 61.1%.
F’din t’issa, il-PL kiseb 9,854 vot u l-PN 12,409 vot biex il-persentaġġi kienu ta’ 42.8% u 53.9% rispettivament.
Dan ifisser li l-PL żied il-voti b’1,926 vot u l-persentaġġ b’6.6% waqt li l-PN naqqas il-voti b’979 vot u l-persentaġġ b’7.2%.
 
L-Għaxar Distrett
Fl-elezzjoni ġenerali tal-2008, il-PL ġab 7,390 vot u persentaġġ ta’ 33.9% bil-PN iġib 13,773 vot għal persentaġġ ta’ 63.2%.
Issa l-PL kiseb 8,665 vot waqt li l-PN ġab 12,662 vot biex il-persentaġġi kienu ta’ 39.3% u 57.4% rispettivament.
Id-differenza tfisser li l-PL żied il-voti b’1,275 vot u l-persentaġġ b’5.4% waqt li l-PN naqqas il-voti b’1,111 vot u l-persentaġġ b’5.8%.
 
Il-Ħdax-il Distrett
Ħames snin ilu l-PL kiseb 8,209 vot u persentaġġ ta’ 35.7% mentri l-PN kiseb 14,090 vot u persentaġġ ta’ 61.3%.
F’din l-elezzjoni, il-PL kiseb 10,404 vot waqt li l-PN ġab 13,459 vot biex il-persentaġġi kienu ta’ 42.3% u 54.8% rispettivament.
B’dan il-mod il-PL żied il-voti b’2,195 vot u l-persentaġġ b’6.6% waqt li l-PN naqqas il-voti b’631 vot u l-persentaġġ b’6.5%.
 
It-Tnax-il Distrett
Waqt li fl-elezzjoni tal-2008, il-PL kiseb 8,418 vot u persentaġġ ta’ 39.1% mentri l-PN kiseb 12,629 vot u persentaġġ ta’ 58.6%.
F’din l-elezzjoni, il-PL kiseb 10,862 vot waqt li l-PN ġab 11,610 vot biex il-persentaġġi kienu ta’ 47.2% u 50.5% rispettivament.
B’dan il-mod il-PL żied il-voti b’2,444 vot u l-persentaġġ b’8.1% waqt li l-PN naqqas il-voti b’1,019 vot u l-persentaġġ b’8.1%.
 
It-Tlettax-il Distrett
Fl-elezzjoni ġenerali ta’ ħames snin ilu, il-PL irnexxielu jikseb 10,185 vot u persentaġġ ta’ 42.9% mentri l-PN ġab 13,141 vot u persentaġġ ta’ 55.3%.
F’din l-elezzjoni, il-PL kiseb 12,311 vot waqt li l-PN ġab 12,551 vot biex il-persentaġġi kienu ta’ 47.2% u 50.5% rispettivament.
B’hekk il-PL żied il-voti b’2,126 vot u l-persentaġġ b’4.3% waqt li l-PN naqqas il-voti b’590 vot u l-persentaġġ b’4.8%.
 
=== Joseph Muscat ===