Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 2:
 
Il-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] kiseb 167,533 vot, 35,107 aktar mill-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] li kiseb 132,426 vot f’dik li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ikbar differenza għal diversi snin tant li bħala persentaġġi l-PL ġab kważi 55% u l-PN 43%.
 
B’dawn il-persentaġġi kien ifisser li l-Partit Laburista kien se jkollu 37 siġġu filwaqt li l-Partit Nazzjonalista se jkollu 28 siġġu. Madankollu, meta l-voti bdew jiġu trasferiti, irriżulta li bħala siġġijiet il-Partit Laburista kiseb 39 siġġu u l-Partit Nazzjonalista 26 siġġu u għaldaqstant id-differenza telgħet għal 13-il siġġu. Madankollu bl-emenda kostituzzjonali li saret fl-2007, ebda partit ma jista jkollu aktar minn disa’ siġġijiet fuq l-ieħor, u għalhekk il-Partit Nazzjonalista se jingħata erba’ siġġijiet aktar. '''Hekk il-Partit Laburista fil-Gvern se jkollu 39 deputat filwaqt li l-Partit Nazzjonalista se jkollu 30 deputat''' għax jiżdidulu erba’ siġġijiet. Għaldaqstant, f’din l-elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista rebaħ disa’ distretti – mill-Ewwel Distrett sat-Tmien Distrett u t-Tlettax-il Distrett – waqt li l-Partit Nazzjonalista rebaħ erba’ distretti, mid-Disa’ Distrett sat-Tnax-il Distrett.
 
== Il-Gvern jaqa' u Elezzjoni bikrija ==