Anġlu Farrugia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 21:
Il-Mexxej tal-Partit [[Joseph Muscat]] ħatru bħala Kelliem ewlieni għax-xogħol u drittijiet tal-ħaddiema, ETC, kwalita' tal-ħajja, u kien imexxi t-tim dwar il-Politka Soċjali u s-Saħħa.
 
NharWara kummenti li Farrugia għamel nhar is-16 ta' Diċembru 2012 fil-konfront tal-Maġistrat Audrey Demicoli waqt attivita' politika tal-Partit Laburista, nhar l-20 ta' Diċembru 2012, huwa kien mitlub minn Muscat biex jirriżenja minn Deputat Mexxej Laburista għal Affarijiet Parlamentari, kif fil-fatt għamel. Farrugia ma kkontestax l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta)|Elezzjonijiet Ġenerali 2013]].
 
Farrugia kien iddeskriva lil missier il-Maġistrat Demicoli bħala wieħed li jinsab fil-“makkinarju u l-istrateġija tal-PN”, u qal li meta tingħata sentenza din trid tkun ġusta u tingħata skont il-liġi. “Din hija r-responsabbiltà ta’ kull ġudikatur. U għalhekk insistejt li jsir appell. Mhux jien biex ikolli sodisfazzjon li jkolli raġun biss imma għax pajjiżna ma nistgħux nerġgħu mmorru għal elezzjoni ġenerali u jerġa’ jirrepeti dan l-abbuż.” Farrugia reġa' qajjem il-każ wara li l-Imħallef Michael Mallia kien ikkritika lill-Maġistrat Demicoli wara li din kienet illibe­rat sid ta’ negozju, Pierre Bartolo, li lejlet l-elezzjoni ġenerali tal-2008 hedded impjegata li jekk jitla’ l-Partit Laburista fil-Gvern setgħet ma tersaqx għax-xogħol. Għalkemm il-Maġistrat Demicoli ma sabitx lil dan ir-raġel ħati, l-Avukat Ġenerali appella mid-deċiżjoni u l-Qorti tal-Appell mhux biss bidlet id-deċiżjoni u sabet lir-raġel ħati u mmultatu €800 imma qalet li l-Qorti tal-Maġistrati għamlet apprezzament żbaljat f’dan il-każ. Kien Anġlu Farrugia li għa­mel ir-rapport lill-Kummissarju tal-Pulizija u talbu jinvestiga l-aġir ta’ Bartolo.
Nhar l-10 ta' Frar 2013 Muscat ħabbar li Anġlu Farrugia kien se jkun qed jirrapreżenta lill-Partit Laburista f’konferenza parlamentari xi ġranet wara. Huwa ħabbar dan waqt attivita’ ta’ ġbir ta’ fondi għall-Partit Laburista. Muscat insista li l-bieb tal-Partit Laburista dejjem se jibqa’ miftuħ għal Anġlu Farrugia u jifhem li l-aħħar perjodu kien wieħed diffiċli ħafna għalih.
 
Farrugia ma kkontestax l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta)|Elezzjonijiet Ġenerali 2013]].
 
=== Speaker ===