Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 26:
==Bijografija==
 
Bin Luigi u InesIneż, Lawrence Gonzi huwa ukoll in-neputi tal-Arċisqof [[Monsinjur Mikiel Gonzi]] u huwa miżżewweġ lil Catherine magħrufa bħala Kate, u għandhom tliet ulied: David, Mikela u Paul.
 
Gonzi qatta' ħafna mit-tfulija tiegħu fl-Azzjoni Kattolika. Huwa kien student fis-[[Is-Seminarju tal-Arċisqof|Seminarju tal-Arċisqof]], ir-[[Rabat (Malta)|Rabat]]. Minkejja li zijuh, l-Arċisqof Gonzi, ħeġġu biex isir saċerdot, Lawrence Gonzi għażel li jkompli l-istudji tiegħu, billi jidħol għall-kors tal-Liġi fl-[[Università ta' Malta]], fejn eventwalment laħaq [[avukat]] fl-1975. Waqt il-kors Gonzi beda jinteressa ruħu fil-[[politika]]. Huwa beda jipprattika l-professjoni tiegħu f'kumpanija privata, u ftit wara ħadem ta' avukat għal Mizzi Organisation, fejn serva ta' [[Ċermen]] tal-grupp mill-1987 sal-1997.