Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 14:
 
29,000 elettur huma eletturi ġodda li kienu għadhom ma għalqux 18-il sena fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2008. 2,000 minnhom mhumiex imniżżla fuq ir-Reġistru Elettorali li sar f'Ottubru 2012 għax kien għadhom ma għalqux 18-il sena.
 
== Kandidati ==
 
Għall-Elezzjoni Ġenerali 2013, b’kollox ikkontestaw 167 kandidat. It-tliet partiti - il-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]], il-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] u l-[[Alternattiva Demokratika]] - kellhom kandidati fuq id-distretti kollha li jammontaw għal tlettax-il distrett elettorali.
 
Il-Partit Laburista ippreżenta 85 kandidat, waqt li l-Partit Nazzjonalista ippreżenta 70 kandidat u l-Alternattiva Demokratika ippreżentat 9 kandidati. Minbarra dawn kien hemm ukoll kandidat wieħed mill-Alleanza Liberali, kandidat tal-Partit Ajkla u kandidat Indipendenti.
Kien hemm 102 kandidati li kkontestaw fuq żewġ distretti elettorali, fosthom il-Mexxej tal-Partit Laburista [[Joseph Muscat]] u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista [[Lawrence Gonzi]], li kkontestaw ukoll flimkien fuq it-Tieni Distrett minkejja li t-tnejn mhumiex minn xi waħda mil-lokalitajiet li jifformaw dan id-distrett.
 
Din kienet l-ewwel darba li Joseph Muscat ikkontesta l-elezzjoni ġenerali, wara li f’Ġunju tal-2008, kien inħatar Mexxej tal-Partit Laburista. Minbarra fuq it-Tieni Distrett, huwa kkontesta wkoll fuq ir-Raba’ Distrett, waqt li d-Deputat Mexxej Laburista [[Louis Grech]] li għalih din ukoll kienet l-ewwel elezzjoni ġenerali ikkontesta fuq l-Ewwel u l-Ħdax-il Distrett.
 
Lawrence Gonzi ikkontesta wkoll fuq is-Seba’ Distrett. Din kienet ukoll l-ewwel elezzjoni ġenerali għall-Viċi Kap Nazzjonalista Simon Busuttil li kkontesta fuq id-Disa’ u l-Ħdax-il Distrett.
 
Min-naħa tiegħu, iċ-Ċerpersin tal-Alaternattiva Demokratika Michael Briguglio ikkontesta t-Tmien u l-Għaxar Distrett, waqt li d-Deputat Ċerpersin Carmel Cacopardo ikkontesta fuq it-Tielet u l-Ħdax-il Distrett.
 
Min-naħa tal-Partit Laburista, kien hemm kważi nofs il-kandidati, 48%, li kkontestaw għall-ewwel darba. Barra minn hekk, kien hemm 17% tal-kandidati li kellhom inqas minn 35 sena, waqt li 14% kienu nisa. Il-Partit Nazzjonalista kellu 30% tal-kandidati ġodda u 19% tal-kandidati nisa, b’24 kandidat mit-total għandhom inqas minn 35 sena.
 
== Stħarriġ tal-Opinjoni Pubblika qabel l-Elezzjoni ==