Ħamrun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 3:
Il-laqam tan-nies tal-lokal hu dak ''Tas-Sikkina''; din hija lokalita` b'attività kummerċjali elevata ħafna, rinomat għall-ħwienet tal-għamara u tal-ħwejjeġ. Hawnhekk twieled ukoll il-Beatu Dun Ġorġ Preca, u hi l-lokalità tal-President Emeritu [[Guido de Marco]]. Il-Ħamrun ghandu wkoll it-tim 'Ħamrun Spartans'.
 
Il-Ħamrun huwa maqsum f'żewg parroċċi. L-ikbar u l-eqdem hija dik ta` San Gejtanu, mwaqqfa fl-1875. Fl-1968 giet imwaqqfa wkoll il-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dawn il-parroċċi għandhom fi ħdanhom diversi attivitajiet u għaqdiet. Fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni giet introdotta għall-ewwel darba f'Malta il-[[Mixja Neokatekumenali]], mnejn xterdet ghal 26 parroċċa ohra. Fil-Ħamrun hemm madwar tlettax il-komunita Neokatekumenali f'żewġ parroċċi,dik tal-Immakulata Kunċizzjoni u ta' San Gejtanu.
 
San Gejtanu bhala parroċċa hija magħrufa ghaż-żewġ każini tal-banda tagħhom, "Tal-Miskina" (kulur blu) u "Tat-Tamal". Din il-Festa hija fost l-iktar popolari fil-Gżejjer Maltin u hija frekwentata hafna, mhux biss mill-Ħamruniżi.