[[Stampa:Tarsipes rostratus - Gould.jpg|thumb|right|300px|[[Possum tal-għasel]], ''Tarsipes rostratus'', eżempju ta' mammiferu NettarivoruNektarivoru]]
Fiż-[[żooloġija]], '''Nettarivoru''' jew '''Nektarivoru''' (mil-[[Lingwa Latina|Latin]] u l-[[Lingwa Griega|Grieg]]: ''nektar'' - "nektari-" jew "nettari-" li tfisser xarba tal-Allat, u ''vorare'' - "[[-voru]]" li tfisser tibla u taħtaf l-ikel), ħafna drabi hija definita bħala kwalunkwe [[annimal]] li jiekol in-nettarunektar (likwidu bl-livell għoli ta' zokkor) li jipproduċu l-pjanti tal-fjuri. Din hija [[dieta]] [[erbivoru|erbivora]] speċjalizzata u dawn l-annimali normalment huma selettivi ħafna u jieklu minn ftit [[speċi]] biss ta' pjanti tal-fjuri u jagħżlu bir-reqq fjuri li għandhom livelli għolja ta' nutrijenti.
Il-biċċa l-kbira tal-annimali nettarivorinektarivori huma [[insett]]i u [[għasfur|għasafar]], għalkemm ma' dawn hemm bosta speċi ta' [[farfett il-lejl|friefet il-lejl]] speċjalment fil-Lbiċ tal-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti]] u l-[[Messiku]], kif ukoll il-mammiferu [[marsupjal]] tal-[[Awstralja]], il-[[Possum tal-għasel]] u l-[[wiżgħat]] tal-[[ġeneru]] ''[[Phesulma]]'' fil-gżejjer tal-[[Mawrizji]] fl-[[Oċean Indjan]].
It-terminu nettarivorunektarivoru jew nektarivoru huwa ħafna anqas esklussiv mit-termini l-oħrajn bis-[[afiss|suffiss]] [[-voru]], għax ħafna annimali kkunsidrati nettarivorinektarivori jista' jkun il-każ li jkunu parzjalment [[insettivoru|insettivori]] wkoll.
Ħafna speċi huma ħallelin tan-nettarunektar, għax ma jgħinux lill-pjanta fl-impollinazjoni iżda jikkunsmaw xorta in-nettarunektar li tipproduċi.
==Eżempji ta' annimali nettarivorinektarivori==
*[[Mammiferu|Mammiferi]]: [[possum tal-għasel]] u ħafna [[speċi]] ta' [[farfett il-lejl|friefet il-lejl]]
*[[Għasfur|Għasafar]]: [[wikkiel tal-għasel|wikkiela tal-għasel]] tal-[[familja (bijoloġija)|familja]] [[Meliphagidae]], [[għasfur tax-xemx|għasafar tax-xemx]] tal-familja [[Nectariniidae]], [[daquqa tal-fjuri|daquq tal-fjuri]] tal-familja [[Dicaeidae]] u l-[[kolibri]] tal-familja [[Trochilidae]].