Partit Nazzjonalista (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 46.11.65.199 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Acmilanmalta1
Linja 21:
Sa l-Ewwel Gwerra Dinija il-Partit kien maqsum bejn Astensjonisti u Anti-Astensjonisti. Tal-ewwel kienu lesti li jikkontestaw l-elezzjonijiet u jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kunsill tal-Gvern; l-oħrajn kienu jikkontestaw l-elezzjonijiet u jirriżenjaw malli jiġu eletti bħala protesta għan-nuqqas ta' rappreżentanti Maltin fil-Kunsill.
 
== Wara l-[[Ewwel Gwerra Dinija]] ==
VIVA IL LABOUR , LABOUR SPIS LABOUR BISS
 
Immedjatament wara l-Ewwel Gwerra Dinija l-Partit ittrasforma ruħu f'koalizzjoni usa' bl-isem ta' Unjoni Politika Maltija. Grupp aktar radikali u pro-Taljan, immexxi minn Dott. [[Enrico Mizzi]] (iben Fortunato), bl-isem ta' "Partit Demokratiku Nazzjonalista" nqata' minn mal-Partit il-kbir. Iż-żewġ gruppi kkontestaw l-ewwel elezzjonijiet għall-Assemblea Leġislattiva ([[1921]]) separatament biex ma jtellfux 'l xulxin. Imma wara l-elezzjonijiet li fihom l-Unjoni ħarġet bħala l-akbar Partit imma mingħajr maġġoranza parlamentari din għażlet li tidħol f'koalizzjoni mal-Partit Laburista. L-ewwel Prim Ministri f'din il-Leġislatura, [[Joseph Howard]] u Dott. [[Francesco Buhagiar]], kienu t-tnejn mill-Unjoni.
 
Fit-tieni elezzjonijiet għall-Assemblea ([[1924]]) il-Partiti reġgħu kkontestaw separatament imma ffurmaw koalizzjoni mill-ewwel, b'[[Ugo P. Mifsud]] tal-Unjoni bħala Prim Ministru. Fl-[[1926]] iż-żewġ Partiti reġgħu ngħaqdu f'Partit wieħed bl-isem antik ta' "Partit Nazzjonalista" taħt it-tmexxija konġunta ta' Ugo Mifsud u Nerik Mizzi.
 
Dan il-Partit tilef l-elezzjonijiet tal-[[1927]] għall-"Compact" magħmul mill-Partit Kostituzzjonali u l-Partit Laburista. Dan il-Gvern sab ruħu fi kwistjoni politiko-reliġjuża u, bl-impożizzjoni tad-dnub il-mejjet fuq il-votanti tal-Partiti tal-"Compact" mill-Kurja, l-awtoritajiet Kolonjali ssospendew l-elezzjonijiet li kellhom isiru fl-[[1930]].
 
L-elezzjonijiet reġgħu saru fl-[[1932]] u bid-dnub il-mejjet għadu fis-seħħ il-Partit Nazzjonalista kiseb rebħa kbira meta ħa 21 siġġu minn 32 fl-Assemblea Leġislattiva. Iżda n-Nazzjonalisti ma kellhomx idumu fil-Gvern. Imħassbin bis-simpatiji li l-Partit kellu lejn l-Italja, kif ukoll is-sħab jinġema' tal-gwerra u l-qawmien Taljan fl-[[Afrika]] u l-[[Mediterran]], wassal lill-Gvern Kolonjali jerġa' jissospendi l-Kostituzzjoni fl-[[1933]].
 
== It-[[Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinija]] u s-segwitu ==