Albert Hyzler: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 6:
Dr Hyzler daħal għall-pulitka wara t-[[Tieni Gwerra Dinjija]] u kkontesta b'suċċess l-elezzjoniji ġenerali tal-1947 mal-partit ta' missieru id-DAP. Il-partit xolja f-1950.
 
Dr Hyzler reġa' kkontesta b'suċċess l-elezzjoni ġenerali tal-1951 mal-partit ta' [[Pawlu Boffa]], il-[[Malta Workers Party]], li fforma koalizzjoni mal-[[Partit Nazzjonalista]]. Matul dak il-leġiżlatura, Dr Hyzler nħatar Ministru tas-Saħħa imma kellu jirreżenja wara tliet snin għax ivvota kontra l-mexxej tal-partit tiegħu u minħabba l-oppożizzjoni persistenti kontra l-Prim Minstru Dr [[Ġorġ Borg Olivier]].
 
Dr Hyzler imbagħad mar mal-[[Partit Laburista]] f'Ottubru tal-1953, u għamel l-ewwel speech tiegħu iż-Żurrieq f'Novembru 1953. Ġie elett fl-elezjonijiet tal-1955, 1962, 1966, u tal-1971. Fl-1955 ingħata l-kariga ta' Ministru tas-Saħħa u Servizz Soċjali u baqa' fiha sa April ta' 1958. Fis-snin ħamsin kien kontributur regolari fil-gazzetta tal-Partit Laburista ''Is-Sebħ''. Meta fl-1971, il-partit Laburista rebaħ l-elezzjoni, Dr Hyzler inħatar Ministru tal-Iżvilupp u l-Posta u mbagħadreġa' sar Ministru tas-Saħħa (1974-76).