Pajjiżi l-Baxxi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.3) (Robot: Bidla f'ceb:Netherlands għal ceb:Olanda
No edit summary
Linja 73:
Fl-1648 il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja ffirmaw trattat tal-paċi. Il-poplu Olandiż seta' jżomm l-art kollha li kien rebaħ. Il-parti tal-Pajjiżi l-Baxxi li ma kinux rebħu l-Olandiżi baqgħet parti minn Spanja. Aktar tard din il-parti saret il-pajjiż tal-[[Belġju]].
 
Meta l-Pajjiżi l-Baxxi saru indipendenti, kienu pajjiż speċjali ħafna. Dak iż-żmien kważi l-pajjiżi kollha tal-[[Ewropa]] kienu ggvernati minn re, iżda l-Pajjiżi l-Baxxi ma kieux. Il-Pajjiżi l-Baxxi kienu magħmulin minn seba' provinċji, li kienu mmexxija mill-bliet il-kbar. Il-bliet kienu ggvernati mill-muniċipju li kien magħmul minn ċittadini għonja. Flimkien dawn il-provinċji kienu ggvernati minn [[stadtholder]], li għalkemm kellu ħafna qawwa, imqabbel mar-rejiet tal-pajjiżi ewropej l-oħra kellu ħafna inqas poterpotenza. Fil-seklu 17, il-Pajjiżi l-Baxxi kien il-pajjiż l-aktar għani u wieħed mill-aktar pajjiżi qawwijin fid-dinja. Għalhekk l-Olandiżi jsejħu s-seklu 17 l-[[Età Mdehba]]. Huma kellhom artijiet madwar id-dinja. L-art l-aktar importanti kienet l-[[Indji tal-Lvant]], pajjiż li llum jissejaħ l-[[Indoneżja]]. L-Olandiżi waqqfu ukoll il-belt [[New York]], li kienu jsejħulha Amsterdam il-Ġdida. L-Amerikani nattivi kienu jseħu din iż-żona Manhattan u fl-1628 huma bigħuha lill-Olandiżi għal 60 [[Gilder]]. Il-Pajjiżi l-Baxxi ġġieldu ħafna gwerer kontra pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment kontra l-[[Renju Unit|Ingilterra]]. [[Michiel de Ruyter]], [[ammirall]] Olandiż, sar eroj Olandiż meta għeleb il-flotta Ingliża qrib Londra.
 
Fis-seklu 18 il-Pajjiżi l-Baxxi ftaqru. Ħafna nies ħasbu li dan kien it-tort tal-i''stadtholders''. Ħafna ħasbu li kellhom wisq poter u riedu jeħilsu minnhom. Fl-1789 il-poplu Franċiż iddepoża r-re tiegħu. L-armati Franċiżi attakkat pajjiżi oħra biex ineħħu l-mexxejja tagħhom ukoll. Fl-1795 dawn attakkaw Il-Pajjiżi l-Baxxi. L-iStadtholder Guliermu V]] kellu jaħrab lejn l-Ingilterra. Il-Pajjiżi l-Baxxi ingħata isem ġdid, ir-[[Repubblika Batavjana]] u sar [[demokrazija]]. Iżda l-Franċiżi ma kinux kuntenti bil-mexxej Olandiż, u allura fl-1806 l-imperatur Franċiż [[Napuljun Bonaparte|Napuljun]] għamel lil ħuh [[Louis Bonaparte]] re tal-Pajjiżi l-Baxxi. Louis sar popolari Fl-Pajjiżi l-Baxxi, iżda l-imperatur għal darb'oħra ma kienx kontenut bih, u minħabba dan fl-1810 il-Pajjiżi l-Baxxi saru parti minn Franza.