Fażijiet lunari: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Lunar libration with phase2.gif|thumb|Animazzjoni tal-fażijiet qamrin]]
Il-'''fażijiet lunari''' jew '''fażijiet qamrin''' jiddeskrivu kif jidher il-[[Qamar]] matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu relattiv għax-[[Xemx]]. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ "xharxahar sinodiku", ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xharxahar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku li jiġi minnu tal-pożizzjoni relattiva għad-Dinja u x-Xemx.
 
== Il-qmura ==
Linja 24:
* Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar.
 
Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xharxahar siderali). Waqt li x-xharxahar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja<ref> ''Phases of the Moon'', Pamela J. W. Gore, Georgia Perimeter College, [http://facstaff.gpc.edu/~pgore/astronomy/astr101/moonphas.htm]</ref>.
 
Iż-żmien bejn żewġ fażijiet hu varjabbli ħafna billi l-orbita tal-Qamar hi elittika u suġġetta għal bosta perturbazzjonijiet perjodiċi, li jbiddlu l-veloċità tal-Qamar. Meta l-Qamar ikun iżjed qrib lejn id-Dinja, jiġri iżjed; meta jkun iżjed 'l bogħod, jimxi iżjed bilmod. L-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx hi wkoll elittika, u għalhekk il-veloċità tad-Dinja tvarja wkoll u dan jaffettwa wkoll il-fażijiet tal-Qamar.
 
Wieħed jistenna li darba fix-xharxahar meta l-Qamar jgħaddi bejn id-Dinja u x-Xemx, meta l-Qamar ikun mitluf, id-dell tiegħu jaqa' fuq id-dinja u jikkawża eklissi solari. Bl-istess mod matul kull Qamar kwinta wieħed jistenna li d-dell tad-Dinja jaqa' fuq il-Qamar u jikkawża eklissi lunari. Ma narawx eklissi tax-Xemx u tal-Qamar kull xharxahar għaliex il-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja hu maqlub b'xi ħames gradi relattivament mal-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx (il-pjan tal eklittika). Għalhekk, meta jkun hemm Qamar mitluf jew mimli, il-Qamar ikun il-fuq jew l-isfel minn linja dritta li tgħaddi mid-Dinja u x-Xemx. Tassew li biex ikun hemm eklissi, il-Qamar irid ikun mitluf jew mimli, imma biex ikun hemm eklissi irid ikun qiegħed qrib ħafna fejn jiltaqgħu il-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx u l-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja (jiġifieri, f'wieġed min-nodi). Dan jiġri xi darbtejn fis-sena, u allura hemm bejn erba' u seba' eklissi fis-sena. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma insinjifikanti; eklissi maġġuri tax-Xemx u l-Qamar huma rari ħafna.
 
=== Il-kalkulu tal-fażijiet lunari ===
Kemm għandu żmien il-Qamar bejn wieħed u ieħor, u allura l-fażi bejn wieħed u ieħor, nistgħu nikkalkulawh għal kull data billi ngħoddu l-ġranet minn data magħrufa ta' qamar mitluf (pereżempju l-1 ta' Jannar 1900 jew il-11 ta' Awwissu 1999) u nirriduċu dan in-numru modulo 29.530588853 (it-tul tax-xharxahar sinodiku). Però dan il-kalkulu jissoponi l-orbita hija ċirku perfett u għalhekk irridu nikkoreġuh bi ftit sigħat (isir inqas eżatt iżjed ma tkun kbira d-differenza bejn id-data meħtieġa u d-data ta' referenza). Għal iżjed eżattezza li tieħu kont tal-apoġew u il-periġew linari jinħtieġ.
 
===Proverbji u espressjonijiet===