Abort: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
L-'''abort''' huwa t-tneħħija ta’ l-embrijun jew fetu mill-utru ta’ l-omm tqila waqt it-tqala fi żmien meta dan ma jistax jgħix waħdu. L-abort ilu jsir eluf ta’ snin bħala mezz ta’ kontroll tat-twelid u nsibuh f’ħafna kulturi ta’ l-imgħoddi kif ukoll f’dawk tal-lum. Fl-istorja nsibu ħafna filosofiji li jitkellmu kemm favur u kontra l-abort. Waħda mir-reliġjonijiet ewlenin li jikkundannaw l-abort hija dik Nisranija li dejjem qieset l-abort bħala qtil ta’ tarbija innoċenti, għax tqisha bniedem sa mill-bidu nett tat-tnissil tagħha.
 
Sas-sebghinijiet, l-abort sar legali f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej, fil-Ġappun u fl-USA fis-sentenza magħrufa tal-Qorti Suprema ta’ Roe kontra Wade (1973), li fiha ġie ddikjarat li l-fetu mhuwiex ‘persuna’ protetta mill-Kostituzzjoni u li l-abort jista’ jsir fl-ewwel sitt xhur tat-tqala. F’Malta l-abort huwa meqjus bħala delitt u jeżistu pieni kontra min jagħmlu. Madankollu ħafna jsiefru l-Italja jew l-Ingilterra u jabortixxu fl-isptarijiet t’hemmhekk. L-abort huwa differenti mill-metodi ta’ kontraċezzjoni għax waqt li dawn ma jħallux lill-isperma tiltaqa’ mal-bajda, fl-abort il-bajda li titneħħa tkun diġa fekondata u forsi diġa kibret u saret fetu.