Saħara: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 16:
 
== Bliet ==
Minn xi l-erba' miljun ruħ tasli jgħixu fis-Saħara, il-parti l-kbira jgħixu fil-Mawritanja, Is-Saħara tal-Punent, l-Alġerija, il-Libja u l-Eġittu. Iż-żewġ gruppi dominanti huma is-Saħrawin u t-Twareg. L-ikbar belt hi Nouakchott, il-belt kapitali tal-Mawritanja. Il-bliet importanti l-oħra huma Tamanrasset fl-Alġerija, u Sebha u Ghat fil-Libja.
Mis-Saħara kollha 200,000 km² biss huma oażi fertili. Fihom ikabbru t-tamal, qamħ u frott. Dawn il-ftit reġjuni għammiela jissaqqew minn xmajjar jew għadajjar taħt l-art. Ħafna mill-oażi tas-Saħara jinstabu f'ħofor (art taħt il-livell tal-baħar) u l-ilma jitla' fil-wiċċ minn reservoirs taħt l-art; bjar arteżjani.