Ilarju ta' Poitiers: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 13:
Fl-istess żmien Illarju mar hu stess [[Kostantinopli]], imma qrib it-tmiem tas-sena 359 waslitlu l-aħbar kerha li l-isqfijiet tal-Knisja Latina kienu ltaqgħu f’Rimini u, taħt il-pressjoni ta’ l-Imperatur Kostanzu, iffirmaw il-formula ta’ fidi Trinitarja li kienet influwenzata mit-tagħlim Arjan u setgħet tissejjaħ formula Filoarjana bħala konsegwenza tat-taħlita tad-duttrina ta’ Filone u dik ta’ Arju.
 
Fis-sena 364 Illarju mar [[Milan]] minn Poitiers biex flimkien ma’ Ewsebju ta’ Verċelli jneħħi lill-Isqof Awsenzju minn dik is-sede. Dan kien ilu isqof ta’ dik id-djoċesi importanti sa mis-sena 355. It-tentattiv falla u l-Isqof Illarju kellu jerġa’ lura pajjiżu bla ma kiseb suċċess. SkondSkont [[Ġlormu|San Ġlormu]] hu miet kważi tliet snin wara, fis-sena 367.
 
== Id-duttrina Arjana ==