Ilarju ta' Poitiers: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Ilarju ta' Poitiers''' (Poitiers, madwar 315 – Poitiers, 367) kien isqof ta' Pictavium (illum Poitiers), teologuo, filosfu u kittieb. Humeqjum bħala qaddis fil-Knisja Kattolika, Filfil-Knisja Ortodossa u fil-Komunjoni Anglikana u ġie proklamat Dutture tal-Knisja.
 
== Il-Bidu ==
Linja 7:
San Illarju kien kontra l-kundanna ta’ Atanasju. Minħabba f’hekk hu kien akkużat fil-Konċilju ta’ Beziers li ma kienx qabel ma’ l-isqfijiet l-oħra Oċċidentali meta dawn ikkundannaw lil Atanasju. Dan kien ħadha kontra Arju li ċaħad kemm l-unità u l-konsustanzjalità tat-Tliet Persuni tat-Trinita’ Qaddisa kif ukoll id-divinità ta’ l-Iben ta’ Alla. Bħala konsegwenza Illarju kien imneħħi minn Isqof ta’ Poitiers u eżiljat fil-Friġja, fl-Asja Minuri.
 
Is-snin li Illarju għadda fl-eżilju fl-Asja Minuri servewh biex kabbar il-kultura tiegħu u ssaħħaħ fid-duttrina nisranija. Hawnhekk hu sab ruħu espost għall-kitbiet ta’ Missirijiet il-Knisja u ta’ kittieba nsara oħrajn li kitbu bil-Grieg. Kien influwenzat b’mod speċjali mill-kitba Griega ta’ [[OriġenOriġene]]e. Minħabba f’hekk hu seta’ jitbiegħed mill-materjaliżmu ta’ Tertulljanu u jasal għall-ispiritwaliżmu ta’ [[Platun]]. Għal dik li hi formazzjoni teoloġika, Illarju sar jaf minn ras il-għajn x’kien ifisser l-Arjaniżmu u x’valur kellha l-kontroversja Arjana. Illarju għamel użu minn din it-teoloġija Griega meta kiteb iż-żewġ trattati ta’ matul l-eżilju, jiġifieri It-Trinita’ u Is-Sinodi. Hu għamel enfasi fuq il-fatt li l-Iben kien imnissel mill-Missier qabel kull żmien, jiġifieri minn dejjem ta’ dejjem. Sostna wkoll li l-Persuni jintgħażlu minn xulxin, imma huma Alla wieħed, b’sustanza waħda, minkejja l-fatt li l-Missier hu Alla, l-Iben hu Alla u l-Ispirtu s-Santu hu Alla. Min-naħa l-oħra l-Ispirtu s-Santu ġej mill-Missier u mill-Iben, u la hu mnissel u lanqas maħluq mill-Iben qabel il-ħolqien ta’ l-univers.
 
Kemm dam fl-eżilju fil-Friġja, Illarju kien ħieles li jagħmel u jmur fejn irid, mhux bħal xi isqfijiet u kittieba sagri oħra mill-Oċċident, ngħidu aħna Ewsebju ta’ Verċelli u Luċiferu ta’ Cagliari. Minħabba f’din il-libertà hu ħa sehem fil-Konċilju ta’ Selewċja f’Settembru tas-sena 359. Wara li ntemm dan il-Konċilju, l-Arjani u dawk li ma kinux jemmnu fil-konsustanzjalità tat-Tliet Persuni, jiġifieri li l-Persuni huma essenza jew sustanza waħda, marru Kostantinopli għand l-Imperatur Kostanzu li kien Arjan bħalhom u qalulu b’dak li kien ġara.