Ilarju ta' Poitiers: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 3:
== Il-Bidu ==
 
Twieled għall-ħabta tas-sena 315, madwar erbgħin sena qabel [[Santu Wistin]]. Hu sar Isqof ta’ Poitiers, il-belt kapitali ta’ Poitou li kienet provinċja qadima ta’ Franza, qrib is-sena 350. Fis-sena 356 hu ħa sehem fil-Konċilju ta’ Beziers. Dan tlaqqa’ sena wara l-Konċilju ta’ Milan li minħabba l-pressjoni ta’ l-Imperatur Arjan Kostanzu, iben l-[[Imperatur Kostantinu]], kien ikkundanna lil Atanasju, Isqof ta’ Lixandra, għax dan ma kienx laqa’ mill-ġdid fil-Knisja lill-ereżjarka [[Arju]].
 
San Illarju kien kontra l-kundanna ta’ Atanasju. Minħabba f’hekk hu kien akkużat fil-Konċilju ta’ Beziers li ma kienx qabel ma’ l-isqfijiet l-oħra Oċċidentali meta dawn ikkundannaw lil Atanasju. Dan kien ħadha kontra Arju li ċaħad kemm l-unità u l-konsustanzjalità tat-Tliet Persuni tat-Trinita’ Qaddisa kif ukoll id-divinità ta’ l-Iben ta’ Alla. Bħala konsegwenza Illarju kien imneħħi minn Isqof ta’ Poitiers u eżiljat fil-Friġja, fl-Asja Minuri.