Ġużè Muscat Azzopardi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 77.71.206.196 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 88.203.46.204
Linja 4:
Muscat Azzopardi twieled [[Ħal Qormi]] fl-1 ta’ [[Settembru]] 1853. Hu studja fis-[[Seminarju]] ta’ [[Mdina|l-Imdina]] u fl-[[Università ta’ Malta]] fejn ħa d-diploma ta’ prokuratur legali fl-[[1875]]. Huwa żżewweġ lil Tonina Fenech u kellu tlett itfal [[Ivo Muscat Azzopardi|Ivo]] (kittieb), [[Ġino Muscat Azzopardi|Ġino]] (kittieb) u [[Anton Muscat Azzopardi|Anton]] (kompożitur). Ġużè Muscat Azzopardi miet fl-4 t’Awissu 1927 il-belt [[Valletta]].
 
Muscat Azzopardi kien kelliem kapaċi, politiku popolari, kritiku tal-palk magħruf, ġurnalist versatilivatili u parteċipant attiv fl-ambjent soċjo-kulturali. Fil-waqt li kien avukat ta' suċċess, huwa laħaq President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali u kien membru tal-''Giunta Teatrale'' tal-Gvern. B’ħerqa kbira kien jippromwovi d-drama Maltija u kien l-editur ta’ diversi ħarġiet perjodiċi fosthom ''In-Naħla Maltija'' (1878) u ''Il-Ħabib'' (1911), u anke kkontribbwixxa f’publikazzjonijiet oħra bħal ''Id-Dawl'' (1892) u ''Il-Ħabbar Malti''.
 
[[Stampa:dargma|thumb|Id-dar fejn twieled Muscat Azzopardi]]