Ġan Anton Vassallo: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna żvojtata
No edit summary
Linja 1:
'''Ġan Anton Vassallo''' ([[Valletta]], [[6 ta' Ġunju]] [[1817]] – [[Valletta]], [[28 ta' Marzu]] [[1868]]) kien [[poeta]] [[Malta|Malti]], meqjus bħala l-aqwa poeta tas-seklu 19. Hu jibqa' mfakkar għall-poeżija tiegħu ''Tifħira lil Malta''.
 
== Bijografija ==
 
Bin Vincenzo u Marija Vassallo, hu twieled il-Belt Valletta fis-6 ta' Ġunju, 1817. Fost l-għalliema tiegħu kellu lil Dun Pietru Pawl Psaila u Dun Ġużepp Zammit Brighella. Vassallo kien jaf tajjeb il-Lingwa Maltija(Malti), it-Taljana(Lingwa Taljana), u l-Latin(Lingwa Latina) barra l-Franċiż(Lingwa Franċiża), l-Għarbi (Lingwa Għarbija) u xi ftit Ingliż(Lingwa Ingliża). Huwa beda l-kors tal-liġi fl-Università(Università ta' Malta) fl-1839 u ggradwa fl-1842. Fl-1850 beda jgħallem it-Taljan fil-Liċeo, u fl-1863 laħaq Professur tat-Taljan fl-Università. Vassallo miet qasir il-għomor fit-28 ta' Marzu, 1868 u jinsab midfun fil-Knisja tal-Karmnu, il-Belt Valletta.
 
== Letteratura ==
 
Vassallo beda jikteb il-poeżija sew bil-Malti u kemm bit-Taljan fl-1842. Kiteb ħafna bijografiji ta' nies Maltin fl-''Arte'' (1862-66), u ''La Storia di Malta raccontata in Compendio'' (1854).
 
=== Kotba ta' Ġan Anton Vassallo bil-Malti ===
 
* ''Il-Ġifen Tork'' (1842), l-aqwa biċċa xogħol tiegħu, li dehret għaxar snin wara. Hija l-unika epika li għandna fil-letteratura Maltija.
* ''Il-Ħajja tal-Appostlu Missierna [[San Pawl]]'' (1858)
* ''Ġesù Kristu fid-Dinja'' (1861)
* ''Ħrejjef bil-Malti'' (1861), ħrejjef morali, umoristiċi u satiriċi f'forma ta' poeżija
* ''Storja ta' Malta miktuba għall-poplu Malti'' (1862)
* ''Ħrejjef u Ċajt bil-Malti'' (1863)
 
=== Il-poeżija ta' Vassallo ===
 
F'nofs is-seklu 19, Vassallo eleva l-poeżija Maltija għal livell għoli fi żmien meta l-ilsien Malti kien kważi injorat. Huwa refa' l-vers popolari, il-vers tat-tmienja, għal livell letterarju. Bejn l-1842 u l-1860 huwa kiteb lirika mimlija tqanqil il-qalb u metri varjati. Vassallo jdaħħal ħafna l-personalità mnikkta tiegħu u l-kumpless ta' persekuzzjoni li kien ibati bih, fil-versi kif jidher f'poeżiji bħal ''Żgħożija'', ''Tifkir tal-Biki'', ''Lapsi'', u ''Żgħorija'' li tibda bil-vers magħruf "O Żmien ħelu kif għaddejtli". Il-ħajja għalih kienet tfisser taħbit u inkwiet biss.
 
Erba' aspetti li joħorġu mill-poeżija tiegħu huma:
 
* is-sens qawwi ta' patrijottiżmu kif jidher f'''Mannarinu'', ''[[Jean Parisot de la Valette|La Valette]]'', ''[[Alof de Wignacourt|Wignacourt]]'', ''Malta u ġensha'', ''Il-Port ta' Malta, [[Tas-Sliema]]'' u l-famuża ''Tifħira lil Malta'', li għal ħafna snin kienet tindaqq qisha innu nazzjonali ta' Malta.
* is-safar bħala ħtieġa soċjali u bħala turufnament bħal ''L-Imsiefer'', ''Għarus imsiefer lill-Għarusa'', ''L-Għarusa lill-Għarus Imsiefer'', ''Is-Safar'', ''Itturfnat''
* id-didattiċiżmu b'elementi satiriċi fini bħal, ''Il-Ħurrieqa u l-Warda'', ''Ktieb Sabiħa'', ''Il-Qanpiena tal-Fuħħar'', ''Il-Musbieħ il-Lejl'', ''Ix-Xiħ u x-Xitan.''
* il-ħila għan-narrattiva poetika kif jidher f' ''Il-Ġifen Tork''. F'''Il-Ballata għal Manzor u Maria'', Vassallo juża' l-vers tal-ħamsa, tal-għaxra u tas-sebgħa biex idaħħal id-drammatiċità skont il-burdati differenti. Vassallo esperimenta ħafna bil-metrika.
 
==== Il-Ġifen Tork ====
 
Poema epika li tuża' l-ġrajja ta' sebgħin ilsir Malti Nisrani li jaħtfu ġifen [[Turkija|Tork]] wara ġlieda mat-Torok u jsalpaw lejn Malta. Dawn jagħmlu pellegrinaġġ lejn il-[[Mellieħa]] biex jirringrazzjaw lill-[[Madonna]]. Vassallo jigglorifika lill-Maltin u jipprova jnissel fiduċja fil-Maltin ta' żmienu u sens ta' nazzjonaliżmu billi jinqeda bil-ħakkiema u jgħid li ħabba fina l-Maltin huma ġabu l-glorja tagħhom. B'"Qalbenin dejjem aħna" huwa jgħaqqad il-preżent mal-imgħoddi u hekk iseddaq in-nazzjonalità tal-Maltin. Il-poema hija simbolu tal-ġrajja ta' Malta tul iż-żminijiet. Il-ġifen huwa l-gżira ta' Malta u l-ilsiera huma l-Insara Maltin. Ix-xewqa perpetwa tal-Maltin li jeħilsu mill-għadu mhux Nisrani. Importanti f'kull epika huwa l-intervent divin, f'dan il-każ bl-interċessjoni tal-Madonna. F'kull epika hemm eroj imma f' ''Il-Ġifen Tork'' mhuwiex bniedem wieħed iżda l-kotra, l-għaqda fost il-Maltin, li titqabad flimkien u titlob flimkien u tirbaħ flimkien kontra għadu qawwi.
 
Permezz ta' din il-poema, Vassallo juri wkoll il-kapaċità tal-[[Lingwa Maltija|ilsien Malti]] li jogħla għal livelli għoljin.
 
Il-poema fiha 116-il sestina b'696 vers, miktuba bil-vers tal-ħdax. Irrimata. Vassallo juża kliem arkaiku. Hija mqassma fi tliet kanzunetti:
* 1 Kant Il-Ftehim u l-Għaqda, 38 sestina
* 2 Kant It-Taqtigħa u l-Ħarba, 41 sestina
* 3 Kant Il-Wegħda, 37 sestina
 
== Ħoloq esterni ==
* [http://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9049&l=1 Bijografija fuq is-sit tal-Akkademja tal-Malti]
 
{{DEFAULTSORT:Vassallo, Ġan Anton}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1817]]
[[Kategorija:Mietu fl-1868]]
[[Kategorija:Poeti Maltin]]
 
[[en:Ġan Anton Vassallo]]