Phylum: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Leli Forte mexxa l-paġna Fajlum għal Phylum: żball
No edit summary
Linja 9:
Il-Klassifikazjonijiet tal-organiżmi f'sistema ġerarkika bdew jintużaw fis-sekli 17 u 18. Normalment l-organiżmi kienu jiġu miġbura fi gruppi skond is-similaritajiet morfoloġiċi bl-idejat tal-esperti ta' dawk iż-żminijiet u dawn il-gruppi fi gruppi akbar dejjem skond is-similaritajiet u kienu jibqgħu sejrin hekk sakemm tifforma ġerarkija sħiħa (eż. annimali bl-għadam u annimali b'exoskeletru "skeletru minbarra"). Madankollu bid-differenzi kollha fid-dehra esterjuri ta' dawn l-organiżmi, il-klassifikazjoni tal-Phyla hija bbażata fuq l-organizzazjoni interna.
 
Għalkemm il-[[Kodiċi Internazjonali tan-Nomenklatura Botanika]] jaċċetta l-użu tat-terminu "[[PylumPhylum]]" b'referenza għal [[pjanti]], fil-botanika kważi dejjem jiġi użat it-terminu "[[Diviżjoni]]".
 
L-aktar Phyla magħrufa huma [[Mollusca]], [[Porifera]], [[Cnidaria]], [[Platyhelminthes]], [[Nematoda]], [[Annelida]], [[Arthropoda]], [[Echinodermata]] u [[Chordata]]. Dan ta' l-aħħar huwa il-Phylum li huwa klassifikat fih il-bniedem. Għalkemm bejn wieħed u ieħor hemm 35 Phylum, id-9 imsemmija hawn fuq jinkludu fihom il-biċċa l-kbira ta' l-ispeċi. Ħafna minn dawn il-Phyla huma esklużivament tal-baħar (jew marini) u Phylum 1 biss huwa totalment nieqes mill-ambjent tal-baħar, il- [[Onychophora]] jew ħniex tal-bellus.