Marte (pjaneta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 5:
== Struttura u kompożizzjoni ==
 
'''Mars''' jew '''Marte''', jinstab iżjed 'l bogħod mix-[[Xemx]] milli hija l-[[Art]] tagħna, u huwa biss nofs id-daqs tagħha b'densità tixbaħ lil dik tal-[[Qamar]]. Dan juri li l-qalba tal-ħadid ta' Marte għandha volum proporzjonalment iżgħar meta imqabbla ma' dawk tal-[[pjaneti terrestri]] l-oħrajn. Marte għandha [[manjetiżmu|għalqakamp manjetikamanjetiku]] dgħajfa, iżda riċerki juru li xi darba dan il-pjaneta kellu waħda qawwija mhux ħażin. L-assi tar-rotazzjoni ta' Marte huwa mxeqleb ftit biss iżjed min dak ta' l-[[Art]]. Marte jorbita madwar ix-Xemx simili ta' l-[[Art]] u jesperjenza staġuni simili wkoll bħalha, għalkemm ix-xtiewi fin-nofsinhar tal-pjaneta huma iksaħ u itwal minn dawk tat-tramuntana.
 
Marte għandu il-kapep polari bi stati ta' silġ ta' diossidu tal-karbonju staġonali; l-emisfera t'isfel tista' żżomm xi diossidu tal-karbonju tul is-sena Marzjali.
Linja 29:
==== Esplorazzjoni ta' Marte ====
 
L-ewwel missjoni lejn dal-pjaneta saret fis-sena 1965 u kien jisimha Mariner 4, segwew il-Mariner 6 u 7 li daru ma' Marte iżda ma daħlux fl-orbita waqt li fl-1971 Mariner 9 daħlet fl-orbita. Vikings 1 u 2 laħqu 'l Marte fl-1976; it-tnejn kellhom ''orbiter'' u ''lander'', u wasslulna informazzjoni għal aktar minn erba' snin. L-''orbiters'' ġibdu ritratti tal-wiċċ kollu b'riżoluzzjonijiet ta' ftit mijiet ta' metri. Fl-1989, Phobos2 ħa fotografija tal-qamar ta' Marte, li appuntu jġieb l-isem ta' Phobos, iżda minħabba ħsarat fis-sistema kompjuterizzata il-kommunikazzjonijiet intilfu. Missjonijiet oħra mingħajr suċċess segwew, waħda minnhom kienet il-Pathfinder mission, li niżżlet ''lander'' fuq is-superfiċi fir-reġjun ''Chryse Planitia'' fl-4 ta' Lulju 1997. Fl-istess sena, Mars Global Surveyor beda' l-istudju tal-ġeoloġija u l-mineraloġija tal-wiċċ u skopra l-għalqakamp manjetikamanjetiku dgħajfadgħajjef ta' Marte.
 
== Il-Qmura ta' Marte ==