Ġużè Muscat Azzopardi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 61:
== Muscat Azzopardi bħala traduttur u drammaturgu==
Traduzzjonijiet ta’ Muscat Azzopardi jinkludu ''Pawlu Xara'' (1879), ''L-Għarusa tal-Mosta'' (1879), ''Il-Ħalliel it-Tajjeb'' (1901), ''Il-Quddiesa'' (1902) u ''Storja ta’ Malta'' (1903) mit-[[Lingwa Taljana|Taljan]] u ''Il-Għasar tal-Madonna'' (1878), ''Il-Missal'' (1918), l-[[Bibbja|erba’ Vanġeli]]: ''San Mattew'' (1895), ''San Mark'' (1915), ''San Luqa'' (1916), ''San Ġwann'' (1917), u ''L-Ktieb ta’ l-Appostli ta’ San Luqa'' (1924) mill-[[Lingwa Latina|Latin]]. Muscat Azzopardi kiteb bosta reċti, xi wħud minnhom huma oriġinali filwaqt li oħrajn huma maqluba mit-Taljan.
 
== Muscat Azzopardi bħala rumanzier==
Muscat Azzopardi spikka bħala rumanzier. Fir-rumanzi storiċi tiegħu Toni Bajjada (1878), Mattew Callus (1878), Vicu Mason (1881), Susanna (1883), Ċejlu Tonna (1886), Ċensu Barbara (1893) u Nazju Ellul (1909), l-imgħoddi jiġi użat għal l-applikazzjoni universali tiegħu. B’mod romantiku l-istorja issir indikazzjoni tal-ġejjieni u r-rumanzier iħallat valuri nazzjonalistiċi ma’ l-istorja vvintata. It-tagħqid ta’ l-istorja (li teħtieġ tiftix) u l-finzjoni (li teħtieġ immaġinazzjoni) tfittex li tgħallem u fl-istess ħin tiddeverti. Hu jimla il-proża tiegħu bl-istorja u narrazzjoni diretta hekk kif l-istejjer tiegħu huma bbażati fuq azzjoni, deskrizzjoni, eżortazzjoni u istruzzjoni espliċita. Filwaqt li l-karattri mhumiex żviluppati psikoloġikament, il-qarrej jifhem il-karattru b’dak li jagħmel u mhux minħabba xi personalità żviluppata.
 
== Referenzi ==