Futbol: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Football iu 1996.jpg|thumb|300px|Il-plejer [[attakkant]] (<span style="color:#e0584e;white-space:nowrap;">bl-uniformi ħamra</span>) qabeż lid-[[difensur]] (bl-uniformi bajda) u qed jipprepara biex jixxutja. Il-[[gowlkiper]] (uniformi skura) se jipprova jipprevjeni li l-ballun jaqbeż il-linja tal-gowl.]]
 
Il-'''futbol''' huwa [[sport tat-timijiet]] u jintlagħab bejn żewġ timijiet ta' ħdax-il plejer kull wieħed. Dan l-isport hu kkunsidrat fost l-iktar [[sport]] famuż u segwit madwar id-dinja.<ref>{{ċita web|url=http://encarta.msn.com/encyclopedia_761572379/Soccer.html |titlu=Soccer |publikatur=Encarta |aċċess=19-05-2008 |lingwa=Ingliż}}</ref><ref>{{ċita aħbar |titlu=Soccer Popularity In U.S. |uxrl=http://www.kxan.com/global/story.asp?s=5019143 |publikatur=KXAN |data=12-06-2006 |aċċessdata=08-04-2008 |kwotazzjoni=Soccer is easily the most popular sport worldwide, so popular that much of Europe practically shuts down during the World Cup. |lingwa=Ingliż}}</ref> Din il-logħba tintlagħab fuq [[grawnd tal-futbol|grawnd]] rettangulari tal-ħaxix jew wieħed artifiċjali, b'żewġ lasti fuq kull naħa. L-objettiv tal-logħba hu li wieħed jiskorja billi jimmanuvra l-[[ballun tal-futbol|ballun]] fil-lasta opposta. Ġeneralment, il-[[gowlkiper (futbol)|gowlkiper]] huwa l-uniku plejer li huwa permess li juża' idejh jew driegħu biex jimpedixxi l-ballun; il-kumplament tat-tim, ħafna drabi, juża' saqajh biex jixxutja l-ballun, u xi drabi wkoll jużaw is-[[sider]] jew rashom biex jinterċettu l-ballun 'il fuq mill-art. It-tim li jiskorja l-aktar gowls sal-aħħar tal-partita jirbaħ. Jekk l-iskor jibqa' pari fl-aħħar tal-logħba, jew jiġi ddikjarat li pari hu r-riżultat tal-partita, jew inkella l-partita tmur fil-[[ħin supplementari]] u/jew fl-[[għoti tal-penalties]], skont il-format tal-kompetizzjoni.