Javier Hernández Balcázar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: jv:Javier Hernández Balcázar; kosmetiċi bidliet
Linja 36:
Hernández iddebutta mal-klabb ta' [[CD Guadalajara|Guadalajara]] fir-rebħa ta' 4–0 fuq [[Club Necaxa|Necaxa]] fl-Apertura 2006 fejn kien daħal bħala sostitut għal [[Omar Bravo]] fit-82 minuta u kien skorja l-aħħar gowl tal-konfront. Matul dak l-istaġun, fejn fiha lagħab erba' logħbiet, dan kien l-uniku gowl tiegħu. Fl-Apertura 2009, Hernández irnexxielu jispiċċa t-tielet l-aqwa skorer bi ħdax-il gowl minn sbatax-il partita. Għal dan l-istaġun 2009–10 skorja għaxar gowls fi ħdax-il logħba.
 
Fit-8 ta' April 2010, ġie uffiċjalizzat it-trasferiment ta' Hernández mal-klabb Ingliż ta' [[Manchester United FC|Manchester United]] suġġett għall-permess tax-xogħol.<ref>{{ċita web |awtur=Communications Dept. |titlu=Reds agree Hernandez deal |url=http://www.manutd.com/default.sps?pagegid={F9E570E6-407E-44BC-800F-4A3110258114}&newsid=6647972 |editur=ManUtd.com |lingwa=Ingliż |data=08-04-2010 |aċċess=08-04-2010 }}</ref> Fis-27 ta' Mejju 2010, hu ngħata l-permess tax-xogħol u t-trasferiment sar uffiċjali fl-1 ta' Lulju.<ref>{{ċita web |isem=James |kunjom=Tuck |titlu=Chicharito granted work permit |url=http://www.manutd.com/default.sps?pagegid={F9E570E6-407E-44BC-800F-4A3110258114}&newsid=6649362 |editur=ManUtd.com |lingwa=Ingliż |data=27-05-2010 |aċċess=27-05-2010 }}</ref> Bħala parti mill-qbil it-tim tal-United lagħab logħba ta' ħbiberija ma' Chivas fil-[[Estadio Movistar|grawnd il-ġdid]] nhar it-30 ta' Lulju 2010. Fl-ewwel logħba kompetittiva tiegħu kontra [[Chelsea FC|Chelsea]] mill-[[FA Community Shield|Community Shield]], hu skorja t-tieni gowl tal-logħba fir-rebħa ta' 3–1. Id-debutt fil-Premier League wasal fl-ewwel ġurnata tal-[[Premier League 2010–11|kampjonat]] fis-16 ta' Awwissu, meta ħa post [[Wayne Rooney]]. Fid-29 ta' Settembru, sab għall-ewwel ix-xibka għall-ewwel darba meta skorja l-uniku gowl fir-rebħa ta' 1–0 kontra [[Valencia CF|Valencia]] fil-[[UEFA Champions League 2010–11|UEFA Champions League]]. Hu skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat fil-pari ta' 2–2 kontra [[West Bromwich Albion FC|West Bromwich Albion]] fis-16 ta' Ottubru. Tmint ijiem wara skorja l-ewwel doppjetta tiegħu hekk kif United ħarġu rebbieħa 2–1 barra minn darhom kontra [[Stoke City FC|Stoke City]]. Matul l-istaġun il-vena tal-gowls kompliet fejn skorja f'kull kompetizzjoni li fiha ħadu sehem, fosthom l-ewwel gowl wara biss 36 sekonda fir-rebħa ta' 2–1 tat-8 ta' Mejju kontra [[Chelsea FC|Chelsea]], li poġġiet lil United punt wieħed biss 'il bogħod mir-rebħ tat-titlu. Dan il-gowl għamlu l-ewwel plejer li skorja għoxrin gowl għall-klabb fl-ewwel staġun tiegħu mill-[[FA Premier League 2001–02|istaġun 2001–02]] meta [[Ruud van Nistelrooy]] kien laħaq l-istess tragward.<ref>{{ċita web |isem=Daniel |kunjom=Taylor |titlu=Manchester United on brink of record 19th title after win over Chelsea |url=http://www.guardian.co.uk/football/2011/may/09/sir-alex-ferguson-manchester-united-liverpool-titles |editur=Guardian.co.uk |data=09-05-2011 |aċċess=07-08-2011 |lingwa=Ingliż }}</ref> Hernández temm l-istaġun b'20 gowl u bir-rebħ tal-unur tal-Plejer tas-Sena Sir Matt Busby ivvutat mill-partitarji.<ref>{{ċita web |isem=James |kunjom=Tuck |titlu=Fans honour Hernandez |url=http://www.manutd.com/en/News-And-Features/Football-News/2011/May/Hernandez-wins-Player-of-the-Year-award.aspx |editur=ManUtd.com |data=18-05-2011 |aċċess=07-08-2011 |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
=== Internazzjonali ===
Linja 156:
[[it:Javier Hernández]]
[[ja:ハビエル・エルナンデス・バルカサール]]
[[jv:Javier Hernández Balcázar]]
[[ka:ხავიერ ერნანდესი]]
[[ko:하비에르 에르난데스 발카사르]]