Armenja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 73:
|noti =
}}
L-'''Armenja''' tinsab f'nofs il-[[Ġeorġja]], l-[[AżerbajġannAżerbajġan]], l-[[Iran]], u t-[[Turkija]], dan il-pajjiż iż-żgħir huwa l-iżgħar mill-15-il repubblika ta' l-eks [[Unjoni Sovjetika]] u wieħed mill-ħamsa li ħadu l-indipendenza fl-1991. Pajjiż bil-muntanji, li huma 5,000 pied twal minn fuq il-livell tal-baħar, jinsabu mifruxa ma' l-Armenja kollha. Ix-xenarju hu mżejjen b'diversi xmajjar fondi u miksi b'diversi quċċatti għola minn 12,000 pied il-fuq mill-baħar. Fl-Armenja nsibu wkoll il-fuq minn 100 lag. Foresti tal-ballut u 'beech' jiksu l-parti l-kbira tal-muntanji li jinsabu fil-lvant ta' l-Armenja. Il-kumplament ta' l-art hi miksija b'ħaxix baxx u xagħri.
 
Nuqas ta' xita fil-widien u sjuf qosra sħan, b'xitwi veru kesħin, u nuqas t'investiment iżommu l-prodottività ta' l-agrikultura veru baxxa. Il-bdiewa jkabru l-qamħ, l-għads, il-patatta, il-ġellewż u xi frott ieħor fuq ħamrija sewda fertili fil-widien, imma l-biedja hija aktar produttiva f'art irrigatta fl-Araks River Valley, li jinsab fuq il-fruntiera Armenjana ma' l-Iran u t-Turkija.