Marsa, Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Paġna rindirizzata lejn Marsa
Linja 1:
#RINDIRIZZA[[Marsa]]
{{Lokalità
|isemlokalità = Il-Marsa
|Stampa = Copy of marsa.freehomepag.jpg
|emblema = Marsa_coa.svg
|mottu = Il-Marsin Dejjem Warajkom
|isemuffiċjali = Il-Kunsill Lokali tal-Marsa
|mappa = Marsa-map.svg
|latitudni = 35°54'
|lonġitudni = 14°31'
|erja = 2.8
|popolazzjoni = 5344
|densità = 1,900/km2
|konfini = Il-[[Ħamrun]]
|stat = {{flagicon|Malta}} [[Malta]]
|isemabitanti = Marsi,Marsija,Marsin
|isempatrun = [[It-Trinita']]
|datapatrun = [[f'Mejju]]
|kaptitlu = Sindku
|kapisem = [[Christopher Spiteri ]] ([[Partit Laburista (Malta)|PL]])
|sit = [http://lc.gov.mt/page.aspx?catid=27&pid=221/Il-Marsa]
}}
’Il ġewwa fil-[[Port il-Kbir]] hemm id-daħliet kennija tal-Marsa, post importanti sa mill-qedem. Il-kelma l-Marsa hija kelma Għarbija li tfisser port fejn jankraw jew jirmiġġjaw il-bastimenti.
 
Id-daħla kienet ukoll magħrufa bħala taż-“żewġ marsiet”, waħda bl-isem ‘Xatt il-Qwabar’ u l-oħra bl-isem ‘il-Marsa il-kbira’ li tiġbed sa fejn hemm il-knisja ta’ Ċejlu. Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu. Iż-żewg daħliet huma mifrudin mill-“Għolja tal-Giżwiti”, li warajha tinfirex il pjanura kbira li tibqa’ dieħla sat-truf ta’ [[Ħal Qormi]] (Città Pinto). Hawn wieħed jista’ jinnota l-livell baxx tal-art u l-widien, wieħed Wied is-Sewda u l-ieħor Wied il-Kbir, li jaqilbu għal hemm.
 
Żmien ilu, anke sa ftit qabel il-wasla tal-[[Kavallieri]] ta’ [[San Ġwann]], id-daħla baxxa kienet twassal sat-truf ta’ [[Ħal Qormi]] (Città Pinto), bħal Taċ-Ċagħqi jew l-Erba’ Qaddisin. Sa mill-qedem il-bnedmin li fittxew kenn f’dawk l-inħawi kienu jaħdmu fir-raba’ u jkabbru l-uċuħ. Fil-witja jingħad li kien hemm is-simar, kanal tas-sallur, qiegħa mimlija arzell bl-arkati, u menqa mimlija ħut.. Is-sejbiet arkeoloġiċi li saru f’partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żminijiet ilu dal-post kien magħruf man-nies li għexu f’pajjiżna u għarfu jinqdew bil-kenn li joffru l-portijiet tiegħu.
 
Fi żminijiet medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel mal-parroċċa ta’ [[San Ġorġ]] ta’ [[Ħal Qormi]] (Città Pinto), sa meta fl-1913 il-Marsa saret parroċċa. Jingħad li fl-1890 fil-Marsa kien hemm 6,200 ruħ u 200 dar, Imma mal-iżvilupp tal-Port il-Ġdid (Potu Novu), il-Marsa bdiet tikber bħala subborg. Wara li baqghet tiżdied għal diversi snin, dawn l-aħħar qed jiġi nnotat li l-popolazzjoni tal-Marsa qed tonqos sew.
[[File:Copy of Copy of Mê.jpg|thumb|left|Il-Powerstation tal-Marsa]] [[File:Marsa Feast.jpg|thumb|centre|Il-Knisja tal Marsa waqt il-festa ta' Trinita]]