Renju Unit: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: sa Bidla: lez, or, pcd
m r2.7.3) (Bot Bidla: diq:Britanyaya Gırde, pam:Pisanmetung a Ka-arian; kosmetiċi bidliet
Linja 27:
|'''[[Lingwi]]'''
| [[Lingwa Uffiċjali]]: [[Lingwa Ingliża|Ingliż]]<br />
<small>[[Lingwi Reġjonali]]: [[Lingwa Galliża|Galliż]], [[Lingwa Irlandiża|Irlandiż]], [[Ingliż-Skoċċiż ta' Ulster]], [[Ingliż-Skoċċiż]], [[Gaeliku Skoċċiż]], [[Gaeliku Korniku]]</small>
|-
|'''[[Gruppijiet etniċi]]''' ([[Ċensiment tar-Renju Unit, 2001|2001]])
Linja 60:
| <br />
[[1 E8 m²|244,820 km²]] <small> [[Lista ta' pajjiżi skont id-daqs|(79 post)]]</small> <br />
<small>94,526 [[mil kwadru]]</small> <br />
1.34
|-
Linja 102:
|-
|'''[[Lista ta' kodiċi telefoniċi|Kodiċi telefoniku]]'''
| +44
|-
| colspan="2" | <small> [[Renju Unit#Noti|Noti oħrajn]] </sup></small>
Linja 127:
Snin twal ta' tensjoni fl-Irlanda wasslu għall-[[Att tal-Gvern tal-Irlanda 1920|qsim]] tal-gżira fl-1920, sabiex sentejn wara fl-1922, l-[[Repubblika tal-Irlanda|Irlanda ħielsa]] kisbet l-independenza. Sitt ''counties'' minn disgħa mill-provinċja ta' [[Ulster]] baqgħu fir-Renju Unit, li nbidel għall-isem kurrenti fl-1927, dak tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq. <ref>http://cain.ulst.ac.uk/issues/politics/docs/ait1921.htm</ref>
 
Wara l-[[Ewwel Gwerra Dinija]], l-ewwel xandir fuq skala internazzjonali, [[BBC]] ġie inawgurat. Fit-[[Tieni Gwerra Dinija]] l-Brittanja iġġieldet kontra l-[[Ġermanja Nażista]], flimkien mal-alleati tal-[[Commonwealth tan-Nazzjonijiet|Commonwealth]] li jinkludu l-[[Kanada]], [[New Zealand]], l-[[Afrika t'Isfel]] u l-[[Indja]]. Aktar tard daħlu aktar [[Alleati tat-Tieni Gwerra Dinija|alleati]] bħall-[[Istati Uniti]]. [[Winston Churchill]], il-Prim Ministru tal-Ingilterra waqt il-Gwerra u s-suċċessur tiegħu [[Clement Attlee]] għenu fl-ippjanar tad-dinja ta' wara l-gwerra bħala parti mill-"Big Three". It-tieni gwerra dinjija ħalliet lir-Renju Unit fi stat finanzjarju ħażin. Is-[[self]] li ngħata waqt it-tieni gwerra dinjija mill-Istati Uniti u il-Kanada kienu jqum ħafna ekonomikament. Però, bl-għajnuna tal-[[Pjan Marshall]], ir-Renju Unit beda t-triq għall-fejqan.
 
L-ewwel snin wara l-Gwerra raw it-twaqqif tal-i[[Stat ta' Għajnuna Soċjali]] Brittanniku, li inkluda wieħed mill-ewwel [[Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali|Servizzi tas-Saħħa]] pubbliċi, filwaqt li l-bżonnijiet tal-ekonomija li kienet qegħda tirkupra ġabet aktar nies minn madwar il-[[Commonwealth tan-Nazzjonijiet|Commonwealth]] u b'hekk inħolqot Brittanja [[Multi-Kulturali]]. Għalkemm wara il-gwerra il-qawwa politika tal-Brittanija kienet limitata kif kien ikkonfermat bil-[[Kriżi tal-Suez]] tal-1956, it-tixrid mad-dinja kollha tal-[[Lingwa Ingliża|lingwa]] fisser li kellha impatt kontinwu fil-letteratura u l-[[kultura]], waqt li mill-1960ijiet il-[[kultura popolari]] kellha influwenza barra l-pajjiż. Wara perjodu ta' instabbiltà fl-ekonomija globali u konflitt industrijali fis-snin sebgħin, fis-snin tmenin kien hemm fawra sustanzjali ta' [[Żejt tal-Baħar tat-Tramuntana|dħul miż-żejt]] u tkabbir ekonomiku. [[Margaret Thatcher]] ħadet il-pajjiż f'direzzjoni sinjifikattivament differenti mit-triq politka u ekonomika aċċettata ta' wara l-gwerra, li anki l-gvern tal-[[Labour il-ġdid]] ta' [[Tony Blair]] ma żvijax minnha fl-1997.
 
Ir-Renju Unit kien wieħed mit-tnax-il membru fundaturi tal-[[Unjoni Ewropea]] fl-inawgurazzjoni tagħha fl-1992 fejn il-membri iffirmaw it-[[Trattat tal-Unjoni Ewropea]]. Qabel l-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit kien parti wkoll tal-predeċċessur tal-Unjoni Ewropea jiġifieri il-[[Komunità Ekonomika Ewropea]], mil-1973. L-attitudini preżenti tal-Gvern [[Partit Laburista (UK)|Laburista]] lejn aktar integrazzjoni fl-organizzazzjoni hija imħawwda <ref>http://www.timesonline.co.uk/article/0,,17129-1948441,00.html</ref>, waqt li l-[[Partit Konservattiv (UK)|konservattivi]] jappoġġja r-ritorn ta' ċerta poteri u kompetenzi lura fl-istat <ref>http://www.conservatives.com/tile.do?def=europe.news.campaigns.display.page&obj_id=73417</ref>, u dawk [[Partit Demokratiku Liberali (UK)|liberali]] jappoġġaw is-sħubija kurrenti.
Linja 140:
 
Ir-Renju Unit huwa magħmul minn [[monarkija kostituzzjonali]] bir-[[Eliżabetta II tar-Renju Unit|Reġina Eliżabetta II tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta'Fuq]] bħala kap tal-istat. Il-[[Monarkija tar-Renju Unit]] isservi wkoll bħala l-Kap tal-istat tal-
[[Nazzjonijiet tal-Commonwealth|ħmistax-il pajjiż l-oħra tal-Commonwealth]], u b'hekk toħloq [[unjoni personali]] ma' dawn in-nazzjonijiet. Il-[[Kuruna Brittanika|Kuruna]] għanda sovranità fuq [[Gżira ta' Man]] u l-[[Balliji]] ta' [[Jersey]] u [[Guernsey]]. Flimkien dawn it-tliet territorji jissejħu d-[[dependenza fuq il-kuruna]] però għalkemm huma propjeta tal-[[monarkija Brittanika]] xorta waħda m'humiex parti mir-Renju Unit u b'hekk m'humiex parti mill-[[Unjoni Ewropea]]. Il-Parlament tar-Renju Unit xorta waħda għandu l-awtorità li jagħmel liġijiet għal dawn id-dependenzi, u l-gvern Brittanniku imexxi l-affarijiet barranin u d-difiża ta' dawn il-pajjiżi.
 
Ir-Renju Unit għandu [[Territorji Brittanniċi Barranin|erbatax-il territorju]] madwar id-dinja, l-aħħar territorji tal-[[Imperu Brittanniku]]. Dawn it-territorji m'humiex meqjusin parti mir-Renju Unit, iżda f'ħafna każijiet, il-popolazzjoni lokali għandha ċittadinanza Brittanika u d-dritt ta' moviment fir-Renju Unit. Dan kien il-każ mill-2002. Ir-Renju Unit għandu [[Sistema Parlamentari|gvern parlamentari]] ibbażat fuq tradizzjonijiet demokratiċi b'saħħithom: [[Is-Sistema ta' Westminster]] ġiet adottata minn ħafna pajjiżi madwar id-dinja.
Linja 146:
Il-[[Kostituzzjoni tar-Renju Unit]] tigverna l-istruttura legali tal-pajjiż u tinkonsisti f'ħafna dokumenti miktubin, li jinkludu [[statut]]i, liġijiet ta' preċedenza, u trattati internazzjonali. Peress li m'hemmx differenza teknika bejn statuti ordinarji u il-[[liġi]] konsidrat bħala "liġi kostituzzjonali," il-[[Parlament tar-Renju Unit|parlament Brittanniku]] jista' jagħmel "riformi kostituzzjonali" sempliċiment billi jgħaddihom b'[[Atti tal-Parlament]] u għalhekk għandu l-awtorità li jneħħi kull element miktub jew mhux miktub fil-kostituzzjoni. Iżda, l-ebda parlament ma jista' jgħaddi liġijiet li l-parlamenti tal-futur ma jistgħux ibiddlu <ref>http://www.parliament.uk/about/how/laws/sovereignty.cfm</ref>. Ir-Renju Unit huwa wieħed mit-tliet pajjiżi fid-dinja li m'għandhomx kodiċi ta' [[kostituzzjoni]] (l-oħrajn huma [[New Zealand]] u l-[[Israel]]). <ref>http://www.llrx.com/features/uk2.htm#UK%20Legal%20System</ref>
 
Il-pożizzjoni tal-[[Prim Ministru tar-Renju Unit|Prim Ministru]], il-[[Kap tal-gvern]] tar-Renju Unit, li tappartieni lill-[[Lista tal- Prim Ministri tar-Renju Unit|kap]] tal-partit politiku li għandu l-appoġġ tal-maġġoranza fil-[[Kamra tal-Komuni tal-Brittanja|Kamra tal-Komuni]]. Il-Prim Ministru u l-kabinett huma maħtura mill-monarka biex joħolqu l-[[Gvern tal-Kuruna]]. Minkejja, il-Prim Ministru jagħżel il-kabinett, u hemm konvenzjoni li r-Reġina tirrespeta l-għażla tal-Prim Ministru. Il-[[Kabinett tar-Renju Unit|Kabinett]] huwa tradizzjonalment magħżul mill-partit politiku tal-Prim Ministru fiż-żewġ kmamar tad-deputati. Il-Prim Ministru u il-kabinett jiġu maħtura mill-[[Kunsill Reali]], u isiru [[Ministri tal-Kuruna]]. [[Gordon Brown]], il-kap tal-[[partit laburista (UK)|partit laburista]], ilu Prim Ministru (L-ewwel Sinjur tal-Borża) u Ministru għas-Servizzi Ċivili mis-[[27 ta' Ġunju]] [[2007]] wara li serva bħala Ministru tal-Finanzi.
 
[[Stampa:Westminster palace.jpg|thumb|250px|Il-[[Kmamar tal-parlament]]]]
Linja 158:
{{main|Assemblea tal-Irlanda ta' Fuq|Parlament tal-iSkozja|Assemblea Nazzjonali tal-Galles}}
[[Stampa:Edinburgh Scottish Parliament01 2006-04-29.jpg|thumb|250px|Il-[[Parlament Skoċċiż]] huwa l-awtorita leġislativa tal-iSkozja]]
L-[[Irlanda ta' Fuq]], l-i[[Skozja]] u l-[[Galles]] għandhom leġiżlatura devoluta b'kamra waħda u b'[[gvern]] eżekuttiv, li huwa mmexxi mill-[[Prim Ministru|ewwel Ministru]]. L-Ingilterra, minkejja li hija l-akbar pajjiż fir-Renju Unit, m'għandiex eżukuttiv u leġiżlatura devoluta u hija gvernata direttament mill-gvern u l-leġiżlatura tar-Renju Unit. Din is-sitwazzjoni ħolqot dik li hija magħrufa bħala l-[[West Lothian question]] li tikkonċerna l-fatt li membri parlamentari mill-Irlanda ta' Fuq, l-iSkozja u l-Galles għandhom id-dritt li jivvotaw fuq il-liġijiet li japplikaw għall-Ingilterra, filwaqt li viċi-versa le.
 
Il-[[Parlament Skoċċiż]] għandu bosta poteri leġiżlattivi fuq kwistjonijiet li m'humiex speċifikament ikkonsidrati mill-parlament tar-Renju Unit. Dawn jinkludu l-[[Edukazzjoni fl-iSkozja|edukazzjoni]], is-[[Is-servizzi tas-saħħa fl-iSkozja|saħħa]] u l-[[Gvern Lokali fl-iSkozja|gvern lokali]]. Wara l-[[Elezzjonijiet għall-Parlament Skoċċiż 2007|elezzjonijiet 2007]], [[Alex Salmond]], kap tal-[[Partit Nazzjonali Skoċċiż]], sar [[L-ewwel Ministru tal-iSkozja]] bħala kap ta' [[Gvern ta' tielet Parlament Skoċċiż|gvern]] fil-minoranza. Ir-reazzjoni tal-partiti favur l-unjoni lejn is-suċċess elettorali tal-Partit Nazzjonali Skoċċiż kien il-ħolqien ta' [[Kummissjoni Kostituzzjonali Skoċċiż|kummissjoni]] sabiex jaraw jekk mhux hemmx argumenti favur id-deċentrament ta' iżjed poteri mingħajr l-[[Independenza Skoċċiża]] bħala għażla.<ref>http://news.bbc.co.uk/1/hi/scotland/7311840.stm</ref> Il-Kap tal-partit laburista skoċċiż, Wendy Alexander, qalet li l-partit laburista se jappoġġja l-proposta li l-independenza titpoġġa quddiem il-poplu f'referendum bit-tama li l-proposta tiġi mċaħda u b'hekk il-kwistjoni kostituzzjonali tiġi solvuta għall-ġenerazzjoni. Ħafna mill-polls ta' opinjoni juru li hemm minoranza favur l-independenza għalkemm l-appoġġ ivarja skont in-natura tal-mistoqsija. Madankollu, poll f'April 2008 li użat it-terminoloġija tar-referendem proposta sabet appoġġ <ref>http://www.sundayherald.com/news/heraldnews/display.var.2192965.0.0.php</ref> ta' 41% filwaqt 40% jappoġġjaw l-Unjoni.
 
L-[[Assemblea Nazzjonali tal-Galles]] għanda poteri aktar limitati minn dawk li ġew devoluti fl-iSkozja għalkemm il-poteri jiżdiedu skont l-[[Ordnijiet ta' Kompetenza Leġislattiva]].
Linja 169:
{{main|Gvern Lokali tar-Renju Unit}}
[[Stampa:ManchesterTownHall OwlofDoom.jpg|thumb|250px|upright|Il-[[Pjazza tal-Belt]] ta' [[Manchester]] fejn jiltaqa' l-[[Kunsill Lokali ta' Manchester]].]]
Kull pajjiż tar-Renju Unit għandu s-sistema tiegħu ta' gvern lokali, bill-poter fuq il-gvern lokali fl-Iskożżja, il-Galles u l-Irlanda ta' Fuq deċentrilizzat. Għal skopijiet ċerimonjali, ir-Reġina taħtar [[Sinjur-Lieutenant]] bħala rappreżentant personali tagħha f'distretti differenti tar-Renju Unit. L-i[[Statut ta' Belt fir-Renju Unit|Statut ta' Belt]] (fir-Renju Unit jiddistingwu bejn Belt u Raħal), li hija gvernata mill-''[[Royal Charter]]'', tista' tiġi kkonsidrata separata mill-klassifikazjoni ta' gvern lokali. Għalkemm hemm sitta u sittin ''city'' fir-Renju Unit - ħamsin fl-Ingilterra, sitta fl-iSkozja, ħamsa fil-Galles u ħamsa fl-Irlanda ta' Fuq - numru minnhom ma jiffurmawx gvernijiet lokali separati.
 
L-Ingilterra tinqasam f'disa' [[Distretti tal-Ingilterra|distretti]] fin-naħa ta' fuq tad-[[Diviżjonijiet tal-Ingilterra]] u huma magħrufin ukoll bħala l-reġjun tal-uffiċju tal-gvern tal-Unjoni Ewropea. Kull reġjun huwa magħmul minn [[counties metropolitani u mhux metropolitani tal-Ingilterra|counties]] u [[postijiet unitarji tal-awtorita]], aparti minn [[Londra]], li tinkonsisti minn 32 [[postijiet magħquda ma' Londra]]. Londra ivvotat favur li jkollha assemblea fil-1998 u kien minn hemm li r-reġjunijiet l-oħra ngħataw l-[[Assemblei fl-Ingilterra|assemblea reġjonali]] tagħhom, iżda b'referendum fl-[[Referendums fl-Ingilterra ta' Fuq dwar devoluzzjoni, 2004|2004]] dwar assemblea, din ma ġietx aċċettata mir-reġjun tal-[[Grigal tal-Ingilterra|Grigal]] u b'hekk waqfet il-proposta. Taħt il-livell tar-reġjun u teskludi Londra, L-Ingilterra għanda kemm [[kunsilli tal-counties]] u kunsilli għad-Distretti jew [[awtoritajiet unitarji]].
Linja 182:
{{main|Relazzjonijiet Barranin tar-Renju Unit|Forzi Armati Brittanniċi}}
[[Stampa:HMS Illustrious 1.jpg|thumb|right|250px|[[HMS Illustrious (R06)|HMS ''Illustrious'']]. Żewġ [[Ġarrejja tal-Ajruplani tal- Klassi Invincible]] u [[HMS Ocean (L12)|ġarrejja tal-elikotteri]] huma bħalissa fis-servizz filwaqt li it-tielet [[Ġarrejja tal-Ajruplani tal-Klassi Invincible|Ġarrejja]] hija fir-riżerva]]
[[Stampa:Trident II missile image.jpg|thumb|250px|it-[[Trident II]] [[SLBM]] ġie sparata minn wieħed mill-erba' [[Sottomarini ta' Klassi Vanguard]] tal-[[Flotta Rjali]] bħala prova.]]
[[Stampa:Eurofighter-1.jpg|thumb|right|250px|Il-Eurofighter [[Eurofighter|Uragan]] [[Forza Rjali tal-Arja|Forza tal-Arja]] huwa ajruplan ġellied avvanzat u t-tieni l-aktar għali wara l-[[F-22]].]]
Ir-Renju Unit huwa membru permanenti tal-[[Kunsill tas-sekurta tal-Ġnus Mgħaquda]], membru tal-[[G8]] u tan-[[NATO]], u stat membru tal-[[Unjoni Ewropea]]. Ir-Renju Unit għandu “[[Relazzjoni Speċjali]]” mal-[[Stati Uniti|Istati Uniti]]. Minbarra mill-[[Stati Uniti|Istati Uniti]] u l-[[Ewropa]], il-Brittanja għandha wkoll fost l-alleatii viċini ħafna man-[[Commonwealth tan-Nazzjonijiet|Nazzjonijiet tal-Commonwealth]], l-[[Reppublika tal-Irlanda|Irlanda]] u [[Anglosfera|Pajjiżi li jitkellmu bl-Ingliż]]. Il-preżenza globali tal-Brittanja u l-influwenza tagħha hija msaħħa mir-relazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-kummerċ u l-forzi armati tagħha, li għandhom madwar tmenin bażi militari u arranġamenti oħrajn madwar id-dinja.
 
L-[[Armata Brittanika|Armata]], il-[[Servizz tal-Flotta|Flotta]] u il-[[Forza Reali tal-Arja|Forza tal-Arja]] flimkien huma magħrufa bħala l-Forzi Armati Brittanniċi u uffiċjalment il-Forzi Armati tal-Kuruna. Il-[[Ġeneralissimu]] hija l-monarka, ir-[[Reġina Eliżabetta II]] filwaqt li huma mmexxija mill-[[Ministeru tad-Difiża (Renju Unit)|Ministeru tad-Difiża]]. Il-Forzi Armati huma kkontrollati mill-[[Kunsill tad-Difiża tar-Renju Unit|Kunsill tad-Difiża]], li jitmmexxa mill-[[Kap tal-uffiċjali tad-Difiża (Renju Unit)|kap tal-uffiċjali tad-difiża]].
 
Ir-Renju Unit għandu wieħed mill-aktar forzi armati imħarrġa tajjeb u avvanzati teknoloġikament tad-dinja. skont varji tgħarrif, li jinkludi l-[[Ministeru tad-Difiża (Renju Unit)|Ministeru tad-Difiża]], ir-Renju Unit għandu t-tieni l-ogħla [[Lista ta' pajjiżi u federazzjonijiet skont is-spiża militari|spiża militari]] minkejja għandha biss is-27 l-akbar forza militari jekk inqisu n-numru [[Lista ta' pajjiżi skont in-numru ta' truppi attivi|truppi]]. L-ispiża totali fil-qasam ta' difiża bħalissa tammonta għal 2.2% tal-[[GDP]] totali nazzjonali, ikkomparat mal-4.4% lejn l-aħħar tal-[[Gwerra Bierda]]. Hija t-tieni pajjiż li tonfoq fuq ix-xjenza, inġenerija u teknoloġija militari. Il-Flotta Rjali hija kkonsidrata li waħda mit-tliet [[flotta tal-baħar ikħal|flotot tal-baħar ikħal]] flimkien ma' dik ta' [[Marine Nationale|Franza]] u tal-[[Il-Flotta tal-Istati Uniti|Istati Uniti]]. Il-Forzi Armati Brittaniċi huma armati bl-aktar sistema avvanzata tal-armi, fosthom it-tankijiet [[Challenger 2]] u l-[[Eurofighter Typhoon]]. Il-Ministeru tad-Difiża ikkonfermaw l-akwist ta' żewġ [[ġarrejja eċċeżżjonali]] tal-[[Ġarrejja tal-ajruplani ta' daqs ir-Reġina Eliżabetta|ajruplani]] fil- [[25 Lulju]] [[2007]].
 
Ir-Renju Unit huwa wieħed mill-[[Lista ta' pajjiżi fil-pussess ta' armi nukleari|ħames pajjiżi rikonixxuti]] li għandhom armi nukleari, u li jagħmlu użu ta' [[sottomarini ta' klassi Vanguard]]-ibbażati fuq is-sistema ballistika tal-missili ta' [[Trident missili|Trident II]].
 
Il-Forzi Armati tal-Brittanja għandhom id-dmir li jipproteġġu r-Renju Unit u [[Territorji Brittaniċi Barranin|territorji barranin]], u b'hekk jippromovu s-sekurta globali fl-interessi tar-Renju Unit, u jieħdu ħsieb il-paċi ta' madwar id-dinja. Huma attivi u parteċipanti regolari fin-[[NATO]], li jinkludi l-[[Korp ta' Reazzjoni Malajr tal-Alleati]], kif ukoll il-[[Ħames Arranġamenti tal-Poter tad-Difiża]] u operazzjonijiet ta' koalizzjonijiet ta' madwar id-dinja. Gwarniġjuni u faċilitajiet barranin huma miżmuma fil-[[Gżira ta' Ascension]], [[Militar ta' Beliż|Beliż]], [[Forzi Militari bbażati fil-Brunei|Brunei]], il-[[Armati Brittanniċi ta' Taħriġ f'Suffield|Kanada]], [[Diego Garsia]], il-[[Militar tal-Ġżejjer ta' Falkland|Ġzejjer ta' Falkland]], il-[[Forzi Brittanniċi f'Ġermanja|Ġermanja]], il-[[Forzi Brittanniċi f'Ġibiltà|Ġibiltà]], il-[[Kenya]], u f'[[Żoni Sovrani tal-Basijiet|Ċipru]].
 
Fl-2005 intqal li l-[[Armata Brittanika]] għanda saħħa ta' 102,440 ruħ, il-[[Forzi Rjali tal-Arja]] saħħa ta' 49,210 u l-[[Flotta Rjali]] saħħa ta' 36,320, li jinkludu il-[[Marini Rjali]], li jipprovdu [[kommandi]] li jispeċjalizzaw fil-[[gwerrer anfibji]].
Linja 205:
{{main|Liġi tar-Renju Unit|Liġi Ingliża|Liġi Skoċċiża|Liġi tal-Irlanda ta' Fuq}}
 
Billi ġie maħluq bl-għaqda politika ta' pajjiżi li qabel kienu independenti u fit-[[Trattat ta'l-Unjoni]] hemm garanzija li s-sistema legali seperata tal-iSkozja tkompli, ir-Renju Unit m'għandux sistema legali waħda. Illum ir-Renju Unit għandu tliet [[sistemi ta' liġijiet]] distinti: il-[[Liġi Ingliża]] u l-[[Qrati tal-Irlanda ta' Fuq|liġi tal-Irlanda ta' Fuq]] li huma bbażati fuq il-prinċipji ta' [[Liġi Komuni|liġi-komuni]] kif ukoll il-[[Liġi Skoċċiża]] li hija bbażata fuq sistema mħallta ta' liġijiet-komuni u prinċipji ta' [[Liġi Ċivili (sistema legali)|liġi ċivili]]. Il-Kumitat tal-Appell tal-[[Kamra tal-Lords]] (aktar spiss magħruf bħala l-“Kamra tal-Lords”) hija bħalissal-ogħla qorti għal kemm każijiet ċivili kif ukoll kriminali fl-[[Ingilterra]], il-[[Galles]], u l-[[Irlanda ta' Fuq]], u għal każijiet ċivili taħt il-liġi skoċċiża. Tibdil riċenti fil-kostituzzjoni fisser li l-poteri tal-Kamra tal-Lords se jiġu transferuti għall-[[Qorti Suprema tar-Renju]] l-ġdida. Il-[[Kumitat tal-Ġustizzja tal-Kunsill tar-Reali]], (li jinkludi l-istess membri tal-Kumitat tal-Appell tal-[[Kamra tal-Lords]]), huwa l-ogħla qorti tal-appell għal bosta pajjiżi independenti tal-Commonwealth, it-territorji barranin tar-Renju Unit, u d-dependenzi tal-Kuruna tal-Brittanja.
 
Il-[[Liġijiet Ingliżi]] japplikaw għall-Ingilterra u l-Galles. Il-fatt li l-liġijiet komuni ingliżi huma magħmulin minn [[imħallfin]] li jippresiedu fil-[[qrati]] stess, u b'hekk jagħmlu użu mill-għerf u sens komun fil-[[preċedenza legali]] (''[[stare decisis]]'') tal-fatti quddiemu. Is-[[Qrati tal-Ingilterra u tal-Galles|sistema tal-qorti]] hija mmexxija mill-qorti suprema tal-ġustizzja tal-Ingilterra u tal-Galles, li tinkonsisti mill-[[Qorti tal-Appell tal-Ingilterra u tal-Galles|Qorti tal-Appell]], il-[[Qorti Suprem tal-Ġustizzja]] (għal każijiet ċivili) u il-[[Qorti tal-Kuruna]] (għal każijiet kriminali). Il-Kumitat tal-Appell tal-[[Kamra tal-Lords]] huwa preżentament l-ogħla qorti kemm għal każijiet ċivili kif ukoll kriminali fl-[[Ingilterra]], fil-[[Galles]], u fl-[[Irlanda ta' Fuq]]. Deċiżjoni mill-ogħla [[qorti tal-appell]] fl-Ingilterra u fil-Galles, il-[[Funżjonijiet tal-Ġustizzja tal-Kamra tal-Lords|Kamra tal-Lords]] hija finali għal kull ieħor [[Qrati tal-Ingilterra u tal-Galles|fil-ġerarkija]], u huma ssegwu d-direzzjonijiet tagħha.
 
Il-kriminalità fl-Ingilterra u fil-Galles żdiedet fil-perjodu bejn l-1981 u l-1995 għalkemm, minn dik l-ogħla rata, il-kriminalità naqset b'42% mill-1995 sa 2006/7. Minkejja li r-rati tal-kriminalità naqqsu, il-popolazzjoni tal-ħabsin fl-Ingilterra u fil-Galles kważi rdoppjat fl-istess perijodu, għal aktar minn 80,000, l-għola rata ta' priġunieri fl-Ewropa tal-Punent b'147 minn kull 100,000 ruħ. Is-[[Servizz tal-Ħabs tal-Kuruna]], li jirraporta lill-[[Ministeru tal-Ġustizzja (Renju Unit)|Ministeru tal-Ġustizzja]], jieħu ħsieb il-biċċa l-kbira tal-[[ħabsijiet]] fl-Ingilterra u fil-Galles.
 
Il-[[Liġi Skoċċiża]] tapplika' fl-i[[Skozja]]. Il-Qrati supremi huma l-[[Qorti tal-Sessjoni]], għal każijiet ċivili, u l-[[Qorti Suprem għall-Ġustizzja]], għal każijiet kriminali, filwaqt li l-[[Qorti tax-Xeriff]] jieħu ħsieb kważi kull funżjoni tal-qorti tal-‘'County'' Ingliż imma jagħmel ukoll [[kawżi]] fil-qorti bil-ġurija (Qorti solenni tax-Xeriff) jew inkella b'Xeriff iżda bla ġurija (qorti qasir tax-Xeriff). Il-Kumitat tal-Appell tal-[[Kamra tal-Lords]] bħal issa sservi bħala l-ogħla qorti tal-appell għal każijiet ċivili taħt il-liġijiet Skoċċiżi. Is-sistemaa legali Skoċċiża hija unika mihabba li hemm tlett [[verdett]]i possibli f'kawża kriminali: "[[Ħati (liġi)|Ħati]]", "[[mhux ħati]]" u "[[mhux ippruvat ħati]]". Kemm “mhux ħati” u “mhux ippruvat ħati” jiriżultaw f'[[maħfra]] bl-ebda ċans tal-[[Kawża mill-Ġdid]]. Is-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż jieħu ħsieb il-ħabs tal-iSkozja bis-[[Segretarju tal-Kabinett għall-Ġustizzja]] responsabbli għas-servizz tal-ħabs tal-iSkozja fil-gvern tal-Iskozja.
 
== Ġeografija ==
{{main|Ġeografija tar-Renju Unit|Klima tar-Renju Unit}}
[[Stampa:uk topo en.jpg|thumb|Topografija tar-Renju Unit]]
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq hu kompost mill-Ġżira tal-Gran Brittanja (l-aktar l-Ingilterra, l-iSkozja u l-Galles) u l-biċċa tal-grigal tal-Ġżira tal-Irlanda (l-Irlanda ta' Fuq), flimkien mal-ġżejjer żgħar ta' madwar. L-Art prinċipali tinsab bejn il-latitudni ta' 49° u ta' 59° N (Il-Gżejjer ta' Shetland jilħqu kważi 61° N), u lonġitudini ta' bejn 8° W u 2° E. L-Osservatorju Rjali ta' Greenwich, ħdejn Londra, hija l-punt definit bħala l-[[Meridjan Prim]]. Ir-Renju Unit jinsab sewwa sew bejn L-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana u l-Baħar tat-Tramuntana, u hu 35 kilometru (22 mil) l-bogħod mill-kosta tal-majjistral ta' Franza fejn bejnithom jinsab il-[[Fliegu tal-Manika]]. L-Irlanda ta' Fuq taqsam 360 kilometri (224 mil) ta' art ma' l-[[Repubblika tal-Irlanda|Irlanda]]. It-Tunnel tal-Fliegu ("Chunnel") issa jagħqad ir-Renju Unit ma' Franza taħt il-Fliegu tal-Manika. L-akbar distanza bejn żewġ postijiet fir-Renju Unit huwa ta' 1,350 kilometru (224 mil) bejn [[Land's End]] f'[[Cornwall]] (ħdejn [[Penzance]]) u [[John O'Groats]] f'[[Caithness]] (ħdejn [[Thurso]]), vjaġġ ta' jumejn bil-karozza. Meta tiġi mkejla direttament mit-tramuntana – għan-nofs inhar hija ftit aktar minn 1,100 kilometru (700 mil) fid-daqs u hija kemm kemm iżgħar minn 500 kilometru (300 mil) fil-wisa'. L-arja totali tar-Renju Unit hija bejn wieħed u ieħor 245,000 kilometru kwadru (94,600 mil kwadru).
 
Il-[[Klima]] tar-Renju Unit hija pjutost ddominata mix-xita matul is-sena kollha. It-temperatura tvarja matul l-istaġuni però rari tinżel taħt −10&nbsp;°C (14.0&nbsp;°F) jew titla' 'l fuq minn 35&nbsp;°C (95&nbsp;°F). L-aktar riħ komuni huwa mix-xlokk, u minħabba l-oċean Atlantiku jkun hemm temp x'aktarx niedi u kalm. In-naħħat tal-Lvant huma l-aktar mkenna minn dan ir-riħ u għalhekk l-aktar xotti. Il-kurrenti mill-Atlantiku, jissaħħnu mil-[[Kurrent tal-Golf]], li jġib temp kalm, speċjalment fil-punent fejn ix-xitwa tkun waħda pjutost nieda, speċjalment fl-għoljiet. Is-sjuf huma l-aktar sħan fix-xlokk tal-Ingilterra, li hu l-aktar viċin lejn l-art prinċipali tal-Ewropa, u l-aktar kiesha fit-trumuntana. Il-borra tista' tinżel fix-xitwa u fil-bidu tar-rebbiegħa, għalkemm ma tantx issibha l-bogħod mill-għoljiet.
 
L-Ingilterra tammonta għal ftit aktar min-nofs tal-arja totali tar-Renju Unit u tkopri 130,410 kilometru kwadru (50,350 mil kwadru). Il-Pajjiż l-aktar li jikkonsisti huwa terren baxx, u terren muntanjuż fil-majjistral tal-[[Tees-Exe line]]. Hemm katini ta' muntanji fil-majjistral ([[Muntanji ta' Cumbria]] u Distrett ta' Lagi), fit-trumuntana (it-tirmiġġa tal-għolja tal-[[Pennines]] u l-għoljiet tal-[[ġebla tal-ġir]] tal-[[Peak District]]) u fl-ilbiċ ([[Exmoor]] u [[Dartmoor]]). Ktajjen iżjed baxxi jinkludu l-għoljiet ta' [[ġebla tal-ġir]] tal-[[Gżira ta' Purbeck]], [[Cotswolds]] u [[Lincolnshire Wolds]], u d-''downs'' tal-ġips tal-[[Formazzjoni tal-ġips tan-Nofs Inhar tal-Ingilterra]]. Ix-xmajjar u l-estwarji ewlenin huma it-[[Thames]], is-[[Severn]] u l-[[Humber|estwarju tal-Humber]]. L-Għola muntanja tal-Ingilterra hija [[Scafell Pike]], li hija fid-[[Distrett ta' Lagi]] 978 metri (3,209 piedi). L-Ingilterra għanda numru kbir ta' rħula kbar u bliet u, f'termini ta' [[Żoni Urbani Kbar fl-Unjoni Ewropea|żoni urbani kbar]], għanda sitta mill-50 l-akbar żoni fl-Unjoni Ewropea.
 
[[Stampa:BenNevis2005.jpg|thumb|[[Ben Nevis]], fil- [[Muntanji ta' Grampia (Skozja)|Muntanji ta' Grampia hija l-aktar punt għolja fil-Gżejjer Brittanniċi]]]]
L-iSkozja tammonta għal madwar terz tal-arja totali tar-Renju Unit, u tkopri 78,789 kilometri kwadri (30,420 mil kwadru). It-topografija tal-iSkozja hija magħrufa għal-[[Highland Boundary Fault]] – [[qasma ġeoloġika|qasma geoloġika fil-blata]] – li taqsam l-art prinċipali tal-iSkozja minn [[Helensburgh]] sa [[Stonehaven]]. Il-Qasma tissepara żewġ reġjuni differenti totalment differenti, bħall-[[Għoljiet Skoċċiżi|għoljiet]] fit-tramuntana u l-punent filwaqt fin-nofs inhar u l-lvant jinsabu l-[[Witjiet Skoċċiżi|witjiet]]. L-iktar reġjun imħatteb jinsabu l-aktar postijiet ħorox tat-terran tal-iSkozja, li jinkludi l-aktar post għoli [[Ben Nevis]], 1344 metru, (4,409 pied). Żoni witja, fin-nofs inhar tal-iSkozja, huma aktar ċatti u hawnhekk jinsab il-biċċa kbira tal-popolazzjoni, speċjalment fil-parti irqiqa bejn [[Firth of Clyde]] u [[Firth of Forth]] li huma magħrufa bħala l- [[Witijiet Ċentrali|Ċinturin Ċentrali]]. [[Glasgow]] hija l-akbar belt tal-iSkozja, għalkemm [[Edinburgu]] hija l-[[Belt Kapitali|kapitali]] u ċ-ċentru politiku tal-pajjiż. L-iSkozja anki għandha kważi tmien mitt [[Lista ta' Ġżejjer fl-iSkozja|gżira]], l-aktar fil-punent u fit-tramuntana tal-art prinċipali, l-aktar magħrufa huma l-[[Hebrides]], [[Il-Ġżejjer ta' Orkney]] u l-[[Ġżejjer ta' Shetland]].
 
Il-Galles jammonta għal inqas minn għaxar tal-arja totali tar-Renju Unit, u tkopri biss 20,758 kilometru kwadru (8,010 mil kwadru). Il-Galles huwa ddominat mill-muntanji għalkemm fin-[[Nofs Inhar ta' Galles]] hemm inqas muntanji mit-tramuntana u fin-nofs tal-Galles. Il-popolazzjoni u l-industrija prinċipali tinsab fin-[[Nofs Inhar tal-Galles]] u fejn sewwa sew jinsabu l-bliet ta' [[Cardiff]], [[Swansea]] u [[Newport]] u [[Widien tan-Nofs inhar tal-Galles]]. L-għola muntanji fil-Galles qegħdin f'[[Snowdonia]], u jinkludu [[Snowdon]] (''Yr Wyddfa'' bil-Galliż), 1,085 metru (3,560 pied) li hija l-għola punt tal-Galles. Il-14(jew 15 possibli) muntanji tal-Galles għola minn 3,000 pied (914 metru) huma flimkien magħrufa bħala l-[[Welsh 3000s]]. Il-Galles għanda l-fruntieri tiegħu mal-Ingilterra fl-Ilvant u l-baħar fuq it-tlett naħħat l-oħra: Il-[[Fliegu ta' Bristol]] fin-nofs inhar, il-[[Fliegu ta' San Ġorġ]] fil-punent, u il-[[Baħar Irlandiż]] fit-tramuntana. Il-Galles għandu l-fuq minn 1,200 kilometru (750 mil) ta' kosta. Hemm bosta [[ġżejjer]] ħdejn l-art prinċipali ta' Galles, l-akbar waħda hija [[Anglesey]] (''Ynys Môn'') fil-majjistral.
 
L-Irlanda ta' Fuq jammonta biss għal 14,160 kilometru kwadru (5,470 mil kwadru) u hija mimlija bl-għoljiet. Hija tinkludi l-[[Lough Neagh]] u tilħaq 388 kilometru kwadru (150 mil kwadru), l-akbar ammont ta' ilma fir-Renju Unit u l-[[Irlanda]]. L-Għola punt hija [[Slieve Donard]] li hija għolja 849 metru (2,785 pied) fil-provinċja tal-[[Muntanji ta' Mourne]].
Linja 231:
=== Bliet u Rħula ===
{{main|Lista tal-akbar postijiet abitati fir-Renju Unit|Lista ta' postijiet urbani fir-Renju Unit}}
Il-Kapitali tal-pajjiżi individwali tar-Renju Unit huma:[[Belfast]] (Irlanda ta' Fuq), [[Kardiff]] (Galles), [[Edinburgu]] (Skozja) u [[Londra]] (Ingilterra), li hija wkoll il-belt kapitali tar-Renju Unit.
 
{{Bliet fir-Renju Unit}}
Linja 248:
=== Popolazzjoni, migrazzjoni u etnika ===
[[Stampa:Populations of the nations in the United Kingdom.svg|right|thumb|Il-popolazzjonijiet u perċentaġġi tal-poplazzjoni total tal-erba' nazzjonijiet fir-Renju Unit.]]
skont iċ-[[Ċensiment tar-Renju Unit, 2001|ċensiment ta' April 2001]], il-popolazzjoni totali tar-Renju Unit kienet ta' 58,789,194, it-tielet l-akbar fl-[[Unjoni Ewropea]] (wara l-[[Ġermanja]] u [[Franza]]), il-ħames l-akbar fil-[[Commonwealth tan-Nazzjonijiet|Commonwealth]] u fl-ewwel u għoxrin post fost in-nazzjonijiet kollha tad-dinja. Huwa stmat li sa nofs l-2006, il-popolazzjoni żdiedet għal 60,587,300. Il-biċċa kbira ta' din iż-żieda kienet minħabba l-[[immigrazzjoni]] iżda wkoll minħabba iż-żieda fir-[[Lista ta' pajjiżi u territorji skont ir-rata ta' fertilità|rata tat-twelid]] u l-fatt li n-nies qegħdin jgħixu ħajja itwal.
 
Il-popolazzjoni tal-Ingilterra sa nofs l-2006 kienet stmata li hija 50,762,900 u b'hekk tagħmilha waħda mill-pajjiżi fejn hemm densità għolja b'383 persuna f' kilometru kwadru. Madwar kwart tal-popolazzjoni tar-Renju Unit jgħixu fix-xlokk tal-Ingilterra fejn huwa pjutost urban u suburban.
 
Sa nofs 2006, kien stmat li l-popolazzjoni tal-iSkozja hija 5,116,900, Filwaqt li il-popolazzjoni tal-Galles kienet stmata 2,965,900 u dik tal-Irlanda ta' Fuq 1,741,600 b' densità ferm aktar baxxa minn dik tal-Ingilterra. Ikkomparata mad-densità tal-Ingilterra, il-figuri korrespondenti huma 142 għall-Galles, 125 għall-Irlanda ta' Fuq u 65 għall-iSkozja.
Fl-2006, Il-medja tar-[[rata tal-fertilità totali]] (RTF) madwar ir-Renju Unit kienet ta' 1.84 ulied għal kull mara, inqas mir-rata li żżomm il-popolazzjoni l-istess, iżda ogħla mill-rata tal-2001 fejn laħqet rekord baxxa ta' 1.63. Fir-Renju Unit, l-Ingilterra u ll-Galles, b'1.83, kienu t-tnejn viċin għall-medja tar-Renju Unit, iżda tal-iSkozja kienet aktar baxxa b'1.67 biss. Ir-RTF tar-Renju Unit kien ferm aktar fil-‘baby boom' tal-1960ijiet, fejn laħqet 2.95 ulied għal kull mara fl-1964.
 
Fil-ġurnata preżenti l-popolazzjoni tar-Renju Unit hija mfassla minn gruppijiet etniċi differenti iżda l-aktar mill-:[[(Nies)Krutni|pre-Ċeltiċi]], [[Ġeltiċi]], -[[Rumani]], [[Anglo-Sassuni]], u [[Normanni]]. Minn 1945, ir-relazzjonijiet internazzjonali li inħolqu mill-[[Imperu Brittanniku]] ħejjew it-triq għall-immigrazzjoni sustanzjali, speċjalment mill-[[Afrika]], il-[[Karabew]] u minn [[Nofs inhar tal-Asja]]. Minħabba li ċ-ċittadini tal-UE huma ħielsa li jgħixu u jaħdmu f'pajjiżi oħra tal-UE, l-aċċess tal-pajjiżi membri ġodda tal-2004 mill-[[Ewropa Ċentrali]] u tal-[[Ewropa tal-Ilvant|Ilvant]] irriżulta f'aktar immigrazzjoni minn dawn il-pajjiżi. Mill-[[Ċensiment Brittannika tal-2001|2001]], 91.1% tal-popolazzjoni identifikaw ruħhom bħala bojjod, u b'hekk il-bqija, 7.9% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit, jidentifikaw ruħhom bħala ta' razza mħallta jew [[gruppi etniċi minuri]] oħrajn.
 
Id-diversità etnika tvarja sinnifikament madwar ir-Renju Unit. 30.4 fil-mija tal-popolazzjoni ta' Londra u 37.4 fil-mija ta' [[Leicester]] kien stmat li m'humiex bojjod f'Ġunju 2005, filwaqt li inqas minn 5 fil-mija tal-popolazzjoni tal-[[Grigal tal-Ingilterra]], il-Galles u il-[[Lbiċ tal-Ingilterra]] kien minn etnika minuri skont iċ-ċensiment tal-2001. Mill-2007, 22% tat-tfal ta' skejjel primarji u 17.7% tat-tfal li jattendu skejjel sekondarji fl-Ingilterra kienu minn familji ta' etnika minuri.
{| class="wikitable sortable" style="text-align:right; font-size:95%;"
Linja 279:
|}
 
Fir-Renju Unit hemm rata ta' [[popolazzjoni ta' twielet barranin fir-Renju Unit, 2001|twelid-barrani]] għoli, għal kuntrast mal-pajjiżi Ewropej oħrajn, l-immigrazzjoni qegħda tikkontrubwixxi għal din l-popolazzjoni li qegħda tikber, u tammonta għal nofs iż-żieda fil-popolazzjoni mill-1991 sa 2001. L-aktar figura riċenti (2006) turi li l-immigrazzjoni netta għar-Renju Unit kienet ta' 191,000 (591,000 immigrant u 400,000 emigrant), żdieda miċ-ċifra ta' 185,000 tal-2005 (fl-aħħar mill-aħħar, kien hemm telfa' ta' 126,000 Brittanniċi u żieda ta' 316,000 ċittadini barranin) Wieħed minn sitta kienu minn pajjiżi tal-[[Ewropa tal-Ilvant]], b'numru akbar ġejjin mill-pajjiżi tal-[[Commonwealth il-ġdida]]. Żewġ terżi tal-immigrazzjoni netta huma mill-[[Subkontinent Indjan]], bosta minnhom sabiex jingħaqdu mal-familja tagħhom. Filwaqt, li mill-inqas 5.5 miljun persuna imwielet Brittanniku qiegħed jgħix barra mir-Renju Unit. L-aktar postijiet popolari għall-emigranti huma [[Awstralja]], [[Spanja]], [[Franza]], [[New Zealand]] u L-i[[Stati Uniti]].
 
Madankollu, studju ta' tbassir demografiku għall-bliet wera li l-figuri kkwotati tal-immigrazzjoni m'humiex ta' min torbot fuqhom u l-immigrazzjoni netta għal 2005 kienet madwar 400,000. Madankollu, fir-Renju Unit il-proporzjon ta' persuni mwielda barra hu ftit aktar baxx minn f'pajjiżi oħra Ewropej.
 
Fl-2004, in-numru ta' persuni li saru ċittadini Brittanniċi kiber għal rekord ta' 140,795 - żieda ta' 12% mis-sena ta' qabel. Dan in-numru żdied drastikament mill-2000. Il-maġġoranża kbira taċ-ċittadini ġodda ġew mill-[[Afrika]] (32%) u l-[[Asja]] (40%), filwaqt li l-akbar tliet gruppi huma nies mill-[[Pakistan]], l-[[Indja]] u s-[[Somalja]]. Fl-2006, kien hemm 149,035 applikazzjoni għaċ-ċittadinanża Brittannika, 32% inqas mill-2005. In-numru ta' persuni li ġew mogħtija ċ-ċittidinanża matul l-2006 kien 154,095, 5% inqas mill-2005. L-akbar grupp ta' persuni li ġew mogħtija ċ-ċittadinanża Brittannika kienu mill-Indja, l-Pakistan, is-Somalja u mill-Fillipini. Fl-2006, 21.9% ta' trabi li twieldu fl-Ingiltterra u fil-Galles ġew imwielda minn ommijiet li twieldu barra mir-Renju Unit, (146,956 minn 669,601), skont l-istatistiċi uffiċjali maħruġa fl-2007 li juru wkoll l-ogħla [[Lista ta' pajjiżi u territorji skont ir-rata ta' fertilità|rata tat-twelid] f'26 sena. Iżda bħall-pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropej, ir-rata tat-tweliet baqgħet taħt ir-rata li żżomm il-popolazzjoni l-istess.
 
Meta l-UE tkabbret aktar lejn l-ilvant fl-2004 u fl-2007, ħolqot id-dritt li nies minn pajjiżi bħall-[[Polonja]], is-[[Slovakkja]], u l-[[Litwanja]], u aktar riċentament ir-[[Romanija]] u l-[[Bulgarija]] li joqgħodu fir-Renju Unit. Iċ-ċifri ppublikati f'Awissu 2007 juru li 682,940 persuna applikaw għas-[[Skema ta' reġistrazzjoni għal-ħaddiema]] (għaċ-ċittadini ta' pajjiżi miċ-ċentru u mill-ilvant tal-Ewropa li ssieħbu fl-UE f'Mejju 2004) bejn l-[[1 ta' Mejju]] [[2004]] u t-[[30 ta' Ġunju]] [[2007]], li 656,395 ġew aċċettati. Il-ħaddiema li huma impjegati minnhom stess u persuni li m'humiex qegħdin jaħdmu (jinkludu studenti) m'humiex obligati li jirreġistraw taħt din l-iskema għalhekk din iċ-ċifra turi repreżentazzjoni baxxa tad-dħul tal-immigranti. Dawn il-figuri ma jurux in-numru ta' immigranti iżda dawk li marru lura lejn darhom. Madankollu 56% tal-applikanti fit-12-il xahar sat-30 ta' Ġunju 2007 li rraportaw pjannijiet li jibqgħu għal massimu ta' tliet xhur, b'immigrazzjoni netta fl-2005 minn pajjiżi ġodda tal-UE ta' 64,000. Ir-riċerka turi li total ta' miljun persuna marru joqgħodu r-Renju Unit sa April 2008, iżda nofs dan in-numru s'issa marru lura jew inkella marru f'pajjiż ieħor.
 
Informazzjoni tan-[[Numru Nazzjonali ta' Assikurazzjoni]] juri li 2.5 miljun ħaddiem barrani mar fir-Renju Unit għax-xogħol (jinkludi dawk li marru għal perjodi qosra), il-maġġoranza minn pajjiżi tal-UE, bejn l-2002 u l-2007.
 
Il-Gvern tar-Renju Unit bħalissa qiegħed joħloq [[Sistema ta' immigrazzjoni ibbażata fuq il-Punti (Renju Unit)|sistema ta' immigrazzjoni ibbażata fuq il-punti]] sabiex tieħu post is-skema kurrenti għall-immigrazzjoni minn barra ż-[[Żona Ewropea Ekonomika]].
Linja 294:
{{main|Lingwi tar-Renju Unit}}
[[Stampa:Anglospeak(800px).png|thumb|250px|Pajjiżi fejn l-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]] għandu ''de facto'' jew ''de jure'' statut ta' lingwa uffiċjali.]]
Minkejja r-Renju Unit m'għandux ''[[de jure]]'' lingwa uffiċjali, il-[[lingwa mitkellma]] predominanti hija l-[[lingwa inġliża|Ingliż]], lingwa [[Ġermanika tal-Ilvant]] li għandha l-għeruq tagħha fl-[[Inġliż Qadim]] li għandu ammont kbir ta' self mill-[[iSkandinavu Qadim]], [[Lingwa Franċiża|Franċiż]] [[Lingwa Normanna|Normann]] u l-[[Lingwa Latina|Latin]]. Il-Lingwa Ingliża hija imxerrda mad d-dinja (minħabba l-Imperu Brittanniku u l-qawwa tal-i[[Stati Uniti]]) u għalhekk saret il-[[Lingwa Internazzjonali tal-kummerċ|lingwa tal-kummerċ tad-dinja]]. Hija l-aktar [[It-Tgħallim tal-lingwa Ingliża|lingwa mgħallma bħala t-tieni lingwa]] madwar id-dinja.
 
Il-Lingwi l-indiġeni l-oħrajn tar-Renju Unit huma l-[[Lingwa Ingliż-Skoċċiż|Ingliż-Skoċċiż]] (li hija abbenata viċin ħafna mal-Ingliż) u erba' [[lingwi Ċeltiċi]]. Il-lingwi Ċeltiċi jinqasmu f'żewġ gruppi: żewġ lingwi Ċeltiċi tat-tip P ([[Lingwa Galles|Galliż]] u [[Lingwa Kornika|Korniku]]); u żewġ lingwi Ċeltiċi tat-tip Q ([[Lingwa Irlandiża|Irlandiż]] u [[Gaeliku Skoċċiż]]). Id-djaletti Ċeltiċi kellhom influwenza persistenti mill-[[Kumbriku]] fit-tramuntana tal-Ingilterra għal sekli, l-aktar famuż fis-sett ta' numri użati sabiex jgħoddu l-mogħoż (ara [[Yan Tan Tethera]]). skont iċ-ċensiment tal-2001, hemm ftit aktar minn 20% tal-popolazzjoni tal-Galles li jgħidu li jafu jitkellmu bil-Galliż, żieda żgħira mill-1991. Aktar minn hekk, huwa stmat li hemm 200,000 li jistgħu jitħaddu bil-Galliż u li jgħixu l-Ingilterra. Il-Galliż u l-Gaeliku Skoċċiż huma mitkellma fost gruppi żgħar madwar id-dinja, xi ftit [[Gaeliku Skoċċiż fil- Kanada|Gaeliku]] għadu mitkellem fin-[[Nova Skozja]] u l-[[Kanada]], filwaqt l-Galliż għadu mitkellem fil-[[Patagonja]] u fl-[[Arġentina]].
 
Il-lingwi tal-immigranti jikontribwixxu għal 10% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit, il-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]] huwa mitkellem minn 2.3% tal-popolazzjoni tal-pajjiż, 1.0% tal-Brittanniċi jitkellmu bil-[[Lingwa Polakka|Polakk]] li juri l-migrazzjoni tal-masses riċenti għar-Renju Unit. 0.9% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit jitkellmu bil-[[Lingwa Ġermaniża|Ġermaniż]] u 0.8% l-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]]. L-akbar ammont ta' lingwi barranin oħra mitkellma fir-Renju Unit għandhom l-oriġni tagħhom mill-[[Ewropa]], l-[[Asja]] u l-[[Afrika]]. Perċentaġġ akbar ta' immigranti fir-Renju Unit jiġu minn pajjiżi [[Anglofoni]] (bħan-[[Niġerja]], l-[[Ġamajka]], [[Hong Kong]] u l-[[Filippini]]), għalhekk ma tantx hemm diversità kbira bejn ftit komunitajiet etniċi minuri.
 
=== Reliġjon ===
Linja 338:
[[Londra]] hija ċentru kbir ta' negozju u kummerċ mondjali u hija l-mexxeja tal-ekonomija globali flimkien ma' [[New York City]] u [[Tokyo]]. Riċentament, l-ekonomija tar-Renju Unit ġiet imexxija minn prinċipji ta' liberalizzazzjoni tas-suq, taxxa u regulazzjoni baxxi. skont ir-[[rati tal-kambju]], ir-Renju Unit hu l-ħames l-akbar ekonomija fid-dinja u t-tieni l-akbar fl-Ewropa wara l-[[Ġermanja]].
 
It-[[Turiżma fir-Renju Unit|Turiżmu]] huwa vera importanti għall-ekonomija Brittanika. B'madwar 27 miljun turist fis-sena, ir-Renju Unit huwa s-sitt l-aktar destinazzjoni favurita mat-turisti fid-dinja.
 
Is-Settur tal-manufattura, madankollu, mar lura sinjifikattivament mit-tieni Gwerra dinjija u fl-2003 kienet responsabbli għal sitt mill-prodott nazzjonali. L-Industrija tal-Karozzi hija parti sinjifikattiva ta' dan is-settur, minkejja li ddeterjorat ħafna minħabba l-falliment ta' [[MG Rover]] u ħafna mill-industrija hija barranija. Il-produzzjoni ta' Ajruplani kemm għaċ-ċivil kif ukoll għad-difiża hija pillastru tal-manufattura fir-Renju Unit. Eżempji huma [[BAE Systems]] u l-organizzazzjoni [[EADS]] li huma l-propjetarji tal-[[Airbus]]. [[Rolls-Royce plc|Rolls-Royce]] għandhom saħħa kbira fin-negozju tal-magni tal-ajruplani. L-industrija tal-kimika u u tal-farmaċewtiċi hija b'saħħita fir-Renju Unit, bit-tieni u s-sitt l-akbar organizzazzjonijiet fid-dinja ġewwa r-Renju Unit. Dawn huma [[GlaxoSmithKline]] u [[AstraZeneca]] rispettivament.
Linja 365:
{{main|Servizzi tas-Saħħa fir-Renju Unit}}
[[Stampa:NorfolkAndNorwichUniversityHospital(KatyAppleton)Aug2005.jpg|thumb|right|[[Sptar ta' Norfolk u l-Università ta' Norwich]], l-ewwel sptar fondata mill- [[Iniżjativa Privata tal-Finanzi|IPF]] ,u ġie mibni fl-2001]]
Kull pajjiż fir-Renju Unit għandu sistema seperata tas-servizzi tas-saħħa pubblika, bil-poteri dwar is-servizzi tas-saħħa fl-Iskozja, Il-Galles u L-Irlanda ta' Fuq ġew devoluti. Sistema medikali privata iżgħar teżisti wkoll. Kull sistema pubblika tipprovdi servizzi tas-saħħa li huma b'xejn sa ċertu punt (jiġu fondati mill-taxxa ġenerali). Minkejja din l-assimilazzjoni, bosta differenzi qegħdin jiġu żvillupati bejn sistema u oħra. Ir-Renju Unit u il-gvernijiet devoluti jieħdu l-rwol ta' kemm tal-proviżta tas-servizzi ta' saħħa kif ukoll tal-gruppijiet li jaraw il-kwalità tal-proviżti, dawn jinkludu [[NICE]] u [[CHI]]. Bordijiet varji regolatorji huma organizzati f'bażi nazzjonali fir-Renju Unit bħal il-[[Kunsill Medikali Ġenerali]], il-[[Kunsill tal-Imraddà u tal-Qabla]] u dawk li m'humiex tal-gvern (eż. [[Kulleġġ Rjali]]). Madwar ir-Renju Unit, hemm numru kbir ta' [[skejjel medikali]] u [[skejjel dentistarji]], u bosta stabbilimenti ta' taħriġ għal-[[imraddà]] u professjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-mediċina.
 
Għalkemm is-sistemi tas-saħħa pubblika huma aktar magħrufa bħala l-SSN madwar ir-Renju Unit, is-[[Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali (Ingilterra)|servizzi tas-saħħa nazzjonali]] jkopri l-Ingilterra biss. L-SSN ġie inseħħ mill-[[Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali tal-1946]] u ġie b'effett fil-5 ta' Lulju 1948. Is-[[Segretarju tas-Saħħa għall-Istat]] huwa l-uffiċjal li jirrispondi mistoqsijiet fil-Parlament tar-Renju Unit għal funzjonar tad-[[Dipartiment tas-saħħa]] u għax-xogħol tal-SSN (fl-Ingilterra). Il-SSN huwa wieħed mill-akbar organizzazzjonijiet uniti ta' kull tip fid-dinja u jimpjegaw aktar minn 1.3 miljun persuna. Is-Settur tas-saħħa pubbliku huwa maqsum f'livelli ta' servizzi, primarji ([[Prattika Ġenerali]]), sekondarji ([[Sptar Ġenerali tad-Distrett]]) u terzjarji ([[Tgħallim tal-Isptar]]). Hemm bosta kommunikazzjoni u taħdit bejn il-livelli varji.
Is-[[SSN tal-Iskozja]] tipprovdi servizzi tas-saħħa pubblika għall-Iskozja bis-[[Segretarju tal-Kabinett għas-Saħħa]] responsabbli fil-parlament skoċċiż. Is-servizz ġie maħluq mill-Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali (Skozja) 1947 (aktar tard ġiet irreveduta mill-Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali (Skozja) 1978) u ġie b'effett fil-5 ta' Lulju 1948 sabiex tibda' eżatt ma' dik tal-Ingilterra u ta' Galles. Fl-2006, Is-SSN tal-Iskozja kella madwar 158,000 impjegat li jinkludu aktar minn 47,500 imraddà, qbula u visitaturi tas-saħħa u il-fuq minn 3,800 konsulent. Kien hemm ukoll aktar minn 12,000 tobba, prattikanti tal-familja u professuri tas-saħħa alleata, li jinkludu dentisti, optixins u spiżjara tal-komunità, li jopperaw ma' kontraturi independenti li jipprovdu bosta servizzi fis-SSN għall-prezz u għas-sussidji.
 
Is-[[SSN tal-Galles]] oriġinarjament kien format bħala parti mill-istess struttura li nħolqot mill-[[Atti tas-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali tal-1946]] iżda poteri fuq is-SSN tal-Galles ġew taħt is-Segretarju tal-Istat tal-Galles fl-1969. Ir-Responsabbilita tas-SSN fil-Galles ġiet mogħtija 'l Assemblea tal-Galles u l-Esekuttiv taħt id-devoluzzjoni tal-1999. Is-SSN tal-Galles jipprovdu servizzi tas-saħħa pubbliki fil-Galles u jimpjegaw madwar 90,000 impjegat, u b'hekk tagħmila l-akbar ħaddiem fil-Galles. Il-Ministru tas-Saħħa u Servizzi Soċjali huwa l-persuna ġewwa l-Gvern tal-Assemblea tal-Galles li jġorr ir-responsabbilita għal kemm l-affarijiet dwar is-saħħa kif ukoll għal-kura soċjali fil-Galles.
 
Id-[[Dipartiment tas-Saħħa, Servizzi Soċjali u Sikurta Pubblika]] tipprovdi servizzi tas-saħħa fl-Irlanda ta' Fuq.
Linja 379:
[[Stampa:Bb-forthrailbridge.jpg|thumb|right|Il-[[Pont tar-Rixtellu tal-Forth|Pont tal-Forth]], Skozzja]]
[[Stampa:Heathrow Airport radar tower P1180333.jpg|thumb|L-[[Ajruport ta' Heathrow]] huwa l-ajruport [[L-Ajruport l-aktar mehdi fid-Dinja skont it-traffiku ta' passiġġieri internazzjonali|l-aktar mehdi fid-dinja]] f'termini ta' traffiku ta' passiġġieri internazzjonali.]]
Kull pajjiż kostitwent tar-Renju Unit għandu sistema ta' trasport għalih u hija r-responsabilita' tagħhom li jieħdu ħsieba. In-Network ta' [[trasport]] Ingliż jaqa' taħt ir-responsabilita tad-[[Dipartiment għat-Trasport]] (li għanda wkoll responsabbilita għal-affarijiet tat-trasport tal-i[[Skozja]], il-[[Galles]] u l-[[Irlanda ta' Fuq]] li m'humiex devoluti.) Fl-Iskozja, L-[[Enteprisa tal-Gvern Skoċċiż, Trasport u id-Dipartiment tat-tgħallim għall-ħajja]] hija responsabbli għan-network tat-[[trasport]] Skoċċiż bit-[[Trasport Skozja]] bħalha l-[[Lista ta' aġenżiji tal-esekutiv Skoċċiż|Aġenzija Esekutiva]] li taqa' taħt is-[[Segratarju tal-Kabinett għall-Finanzi u Tkabbir sustannibli]].
 
Toroq prinċipali huma mgħaqudin b'network radjali ta' toroq b' 46,904 kilometru (29,145 mil) li hija ċentrata f' [[Londra]], [[Edinburgu]], [[Kardiff]] u [[Belfast]], filwaqt, fil-[[Gran Brittanja]], network ta' toroq ta' 3,497 kilometri (2,173 mil) li hija ċentrata f' [[Birmingham]], [[Manchester]] u Londra. Hemm aktar minn 213,750 kilometru (132,818 mil) ta' trejqet oħra.
 
In-Network tal-[[Ferrovija Nazzjonali]] ta' 16,116 kilometru (10,072 mil) fil-Gran Brittanja u 303 kilometru ta' rotta (189 mil ta' rotta) fl-[[Irlanda ta' Fuq]] jġorr il-fuq minn 18,000 passiġġieri u 1,000 tagħbija kull jum. Networks ta' ferroviji urbani huma pjutost żvillupati f'Londra u bliet oħra. Darba kien hemm 48,000 kilometru ta' rotta (30,000 mil ta' rotta) ta' network ta' ferrovija fir-Renju Unit, però ħafna minn din ir-rotta ġiet mqassra bejn il-perjodu ta' 1955 u 1975, wara rapport mill-konsulent tal-gvern [[Richard Beeching]] f'nofs l-1960ijiet (magħrufa bħala il-[[Beeching Axe]]).
 
L-[[Ajruport ta' Heathrow]] huwa l-aktar [[ajruport]] internazzjonali mehdi u, minħabba li r-Renju Unit huwa pajjiż gżira, ir-Renju Unit għandu numru tajjeb ta' portijiet tal-baħar.
 
Id-Dipartiment għat-Trasport jgħid li l-[[konġessjoni tat-traffiku]] huwa wieħed mill-aktar problemi serji tat-trasport u tista' toħloq spiża ta' £22 biljun aktar lil Ingilterra minħabba l-ħin mitluf sa 2025 jekk tibqa' mhux irreveduta. skont ir-[[Studju ta' Eddington dwar it-Trasport|Rapport ta'Eddington]] li ġiet iffondata mill-gvern fl-2006, il-konġessjoni qegħda fil-periklu li toħloq problemi lil ekonomija, jekk mhux sejiġu indirizzati permezz ta' [[prezzijiet tat-toroq]] u espansjoni tan-network kurrenti tat-trasport.
Linja 396:
{{main|Futbol fl-Ingilterra|Futbol fl-Irlanda ta' Fuq|Futbol fl-Iskozja|Futbol fil-Galles}}
[[Stampa:Wembley Stadium closeup.jpg|thumb|right|L-Istadium il-ġdid tal-Ingilterra [[Wembley]]]]
Kull pajjiż kostitwent tar-Renju Unit għandu l-Assoċjazzjoni tal-Futbol tiegħu, tim nazzjonali tiegħu u [[sistema tal-lig]] separata, għal eċċezzjoni ta' ftit klabbs li jilgħabu barra mis-sistema tal-pajjiż tagħhom stess għar-raġunijiet storiċi u loġistiċi. Il-[[Assoċjazzjoni tal-Futbol|Futbol]] ġie żvillupat fir-Renju Unit u huwa bla dubju l-aktar sport popolari. Fi kompetizzjonijiet internazzjonali, L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra|Ingilterra]], L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iskozja|Iskozja]], il-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Galles|Galles]] u L-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda ta' Fuq|Irlanda ta' Fuq]] jikkompetu bħala pajjiżi separati, għalhekk ir-Renju Unit ma jikkompetix bħala tim wieħed f'avvenimenti tal-futbol bħal [[Logħob Olimpiku]]. Għalkemm li hemm [[Tim nazzjonali tal-futbol tar-Renju Unit|proposti sabiex jkun hemm tim tar-Renju Unit]] fil-[[Logħob Olimpiku tas-Sajf, 2012]], li se ssir f'Londra, l-assoċjazzjonijiet tal-futbol tal-[[Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Skozja|iSkozja]], tal-[[Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Galles|Galles]] u dak tal-[[Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Irlanda|Irlanda ta' Fuq]] ma aċċetawx li jieħdu sehem, minħabba l-biża' li tista' taffetwa l-istatut tagħhom ta' pajjiż independenti – biża' li ġiet konfermata mill-president tal-FIFA Sepp Blatter. L-Ingilterra kienet l-aktar nazzjon li akwistat suċċess, bir-rebħa tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]] tal-1966.
[[Stampa:Hampden Stadium.jpg|thumb|right|[[Hampden Park]], Skozja]]
Is-[[Sistema tal-futbol tal-lig Ingliż]] tinkludi mijiet ta' ligs magħqudin, li jinkonsistu f'eluf ta' diviżjonijiet. Il-[[Kampjonat Premier Ingliż|Kampjonat Premier]] huwa fil-quċċata, segwut mill-[[Lig tal-Futbol]] u fl-aħħar mill-[[Konferenza tal-Futbol]], fejn l-istruttura tibda' ssir reġjonali u tinkludi l-[[Kampjonat tat-Trumuntana]], il-[[Kampjonat tan-Nofs Inhar tal-Futbol|Kampjonat tan-Nofs Inhar]], u il-[[Kampjonat tal-Istmjan]] u ħafna oħra. Il-[[Kampjonat Premier Ingliż|Kampjonat Premier]] huwa l-aktar kampjonat bl-akbar udjenża fid-dinja u partikularment popolari fl-[[Asja]]; fir-[[Repubblika taċ-Ċina]], il-logħbiet jilħqu udjenża ta' 100 miljun 360 miljun, aktar minn sport barrani ieħor. L-Ingilterra hija d-dar tal-klabbs tal-futbol ta' [[Liverpool F.C.|Liverpool]], [[Manchester United F.C.|Manchester United]], [[Chelsea F.C.|Chelsea]], u [[Arsenal F.C.|Arsenal]]. Timijiet Ingliżi kellhom suċċess f'kompetizzjonijiet tal-Ewropa bosta saru ċampjin tat-Tazza Ewropea/il-Lig taċ-Ċampjins: [[Liverpool F.C.|Liverpool]] (ħames darbiet), [[Manchester United F.C.|Manchester United]] (tliet darbiet), [[Nottingham Forest F.C.|Nottingham Forest]] (darbtejn) u [[Aston Villa F.C.|Aston Villa]]. Klabbs mill-Ingilterra rebħu l-aktar Tazzez tal-Ewropa (erba' darbiet fejn komparat mal-Italja, il-Ġermanja u l-Olanda li rebħuwa tlett darbiet). L-Ingilterra hija t-tieni fir-ranks tal-klabbs Ewropej li rebħu l-aktar Trofej b'35, waħda wara l-Italja b'36. L- i[[Stadium ta' Wembley]] huwa l-istadium prinċipali tal-Ingilterra.
 
[[Stampa:Millennium Stadium North.jpg|thumb|100px|Il-[[Millennium Stadium]] ta' [[Kardiff]],huwa l-istadium nazzjonali tal-[[Galles]]]]
Is-[[Sistema tal-Lig tal-Iskozja]] hija ferm iżgħar, b'żewġ kampjonati nazzjonali: l-[[Kampjonat Premier Skoċċiż]] u il-[[Lig tal-Futbol Skoċċiż]] li fihom hemm tliet diviżjonijiet. Minkejja dan, hemm kampjonati oħrajn reġjonali li m'humiex parti mis-sistema nazzjonali, l-aktar magħruf huwa l-[[Lig tal-Futbol tal-Għoljiet]]. Klabb Ingliż, [[Berwick Rangers F.C.|Berwick Rangers]], jilgħabu fis-sistema skoċċiża. L-Iskozja hija id-dar tal-klabbs rinomati bħal [[Rangers F.C.|Rangers]] u [[Celtic F.C.|Celtic]]. Timijiet Skoċċiżi li għamlu suċċess f'kompetizzjonijiet Ewropea jinkludu [[Celtic F.C.|Celtic]] (Tazza Ewropea fl-1967), [[Rangers F.C.|Rangers]] (Tazza Ewropea tat-Tazza tar-Rebbieħi fl-1972) u [[Aberdeen F.C.|Aberdeen]] (Tazza Ewropea tat-Tazza tar-Rebbieħi u is-[[Tazza Ewropea Superjuri]] fl-1983).
 
Is-[[Sistema tal-Lig tal-Galles]] tinkludi l-[[Kampjonat Premier Galliż]] u l-kampjonati reġjonali. Il-Klabbs tal-Premier tal-Galles [[The New Saints F.C.|The New Saints]] jilgħabu l-logħob tad-dar tagħhom fuq in-naħa ingliża tal-fruntieri f'[[Oswestry]]. Il-Klabbs Galliżi ta' [[Cardiff City F.C.|Cardiff City]], [[Colwyn Bay F.C.|Colwyn Bay]], [[Merthyr Tydfil F.C.|Merthyr Tydfil]], [[Newport County A.F.C.|Newport County]], [[Swansea City A.F.C.|Swansea City]] u [[Wrexham F.C.|Wrexham]] jilgħabu fis-sistem ingliża. Il-[[Millennium Stadium]] ta' Kardiff li jesgħa 73,000 persuna huwa l-istadium prinċipali tal-Galles.
 
Is-[[Sistema tal-Lig tal-Irlanda ta' Fuq]] tinkludi l-[[Lig Irlandiż tal-Futbol]]. Wieħed mill-klabbs tal-Irlanda ta' Fuq, [[Derry City F.C.|Derry City]], jilgħabu l-futbol tagħhom barra mir-Renju Unit fil- [[Lig tal-Irlanda|Sistema tal-Lig tar-Repubblika tal-Irlanda]].
Linja 420:
[[Tiġrijiet ta' Thoroughbred]] huwa popolari fir-Renju Unit. Kellu l'oriġini tiegħu taħt is-saltna ta' [[Charles II tal-Ingilterra]] bħala "Slatan tal-Isports" u kien passatemp rjali għal dak iż-żminijiet. Tiġrijiet famużi madwar id-dinja jinkludu l-[[Gran Naazzjonali]], id-[[Derby ta' Epsom]] u l-[[Ascot Rjali]]. ir-Raħal ta' [[Newmarket, Suffolk|Newmarket]] huwa kkonsidrat bħalha iċ-ċentru tat-tiġrijiet ingliżi, l-aktar minħabba l-[[Korsa tat-Tiġrija ta' Newmarket]].
 
ir-Renju Unit kellu suċċess fl-isport internazzjonali tarl-[[moqdif (sport)|moqdif]]. [[Steven Redgrave]] huwa konsidrat bħalha l-aqwa f'dan l-isport u rebaħ ħames medalji tad-deheb u medalja tal-bronż f'ħames [[Logħbiet Olimpiċi]] wara xulxin, kif ukoll ħafna rebħiet fil-[[Kampjonati tal-Moqdifa tad-Dinja]] u ir-[[Regatta ta' Henley Rjali]].
 
Golf huwa wieħed mill-aktar sports popolari fir-Renju Unit, b' [[San Andrews]] fl-Iskozja l-korsa konsidrata bħala id-dar tal-isport.
Linja 445:
[[Stampa:Shakespeare2.jpg|thumb|upright|Ir-[[Ritratt ta' Chandos]], huwa maħsub li huwa [[William Shakespeare]].]]
[[Stampa:Robert burns.jpg|thumb|upright|[[Robert Burns]]]]
Il-kittieb u poeta [[William Shakespeare]] huwa meqjus bħala l-aqwa drammaturgu li qatt eżista. Fost l-aktar kittieba bikrin Ingliżi insibu 'l [[Geoffrey of Monmouth]], [[Geoffrey Chaucer]], u [[Thomas Malory]]. Fis-seklu 19, insibu kittieba kbar bħal [[Jane Austen]], l-[[Brontë|aħwa Brontë]], [[Charles Dickens]], in-[[naturaliżmu (letteratura)|naturalista]] [[Thomas Hardy]], il-poeta viżjunarju [[William Blake]] u l-poeta romantiku [[William Wordsworth]].
Fost il-kittieba tas-seklu għoxrin insibu r-rumanzier tal-fantaxjenza [[H. G. Wells]], ir-rumanzier kontoversjali [[D. H. Lawrence]], il-[[Modernisti|modernista]] [[Virginia Woolf]], ir-rumanzier profetiku [[George Orwell]] u l-poeta [[John Betjeman]]. Riċentament, is-sensiela ta' kotba tal-fantasija għat-tfal ta' [[Harry Potter]] miktuba minn [[J. K. Rowling]] irrepetiet il-popolarita li gawda [[J.R.R. Tolkien]].
Il-Kontribuzzjonijiet tal-iSkozja jinkludu il-kittieb tar-rumanzi pulizjeski [[Arthur Conan Doyle]], il-letteratura romantika ta' [[Sir Walter Scott]], l-avventuri epiċi ta' [[Robert Louis Stevenson]] u l-poeta [[Robert Burns]]. Aktar riċentament, il-modernista u nazzjonalista [[Hugh MacDiarmid]] u [[Neil M. Gunn]] ikkontribwixxew għar-[[Rinaxximent Skoċċiż]]. L-istejjer ta' [[Ian Rankin]] u l-kumidji psikoloġiċi tal-biża' ta' [[Iain Banks]] ukoll kellhom sehemhom. Il-Kapitali ta'l-iSkozja [[Edinburgu]], kienet l-ewwel Belt UNESCO tal-letteratura tad-dinja.
Fil-perjodu medjovali bikri, kittieba Galliżi ħolqu l-[[Mabinogion]]. F'żminijiet moderni, poeti bħal [[R.S. Thomas]] u [[Dylan Thomas]] wasslu l-kultura Galliża f'idejn udjenża internazzjonali.
 
Awturi minn pajjiżi oħrajn, partikularment mill-Irlanda, jew mill-[[Commonwealth tan-Nazzjonijiet|Commonwealth]], għexu u ħaddmu fir-Renju Unit. Eżempji sinijfikanti tul is-sekli jinkludu [[Jonathan Swift]], [[Oscar Wilde]], [[Bram Stoker]], [[George Bernard Shaw]], [[Joseph Conrad]], [[T. S. Eliot]] u [[Ezra Pound]], u aktar riċentament awturi Brittanniċi li twieldu barra mill-pajjiż bħal [[Kazuo Ishiguro]] u Sir [[Salman Rushdie]].
 
Fit-Teatru, Kontemporanji ta' Shakespeare bħal [[Christopher Marlowe]] u [[Ben Jonson]] żiedu aktar kwalita. Aktar riċċentament [[Alan Ayckbourn]], [[Harold Pinter]], [[Michael Frayn]], [[Tom Stoppard]] u [[David Edgar (teatru)|David Edgar]] ikkombinaw elementi ta' suraliżmu, realiżmu u radikaliżmu.
Linja 466:
Hemm ħames kanali nazzjonali fir-Renju Unit: [[BBC One]], [[BBC Two]], [[ITV1]], [[Channel 4]] u [[Five (channel)|Five]] – bħalissa huma trasmessa permezz ta' "analogue terrestrial" u "free-to-air signals". L-aħħar tlett kanali huma fondati mir-reklami kummerċjali. Ir-raba' kanal ta' Galles, [[S4/C]] jieħu post Channel 4, li jkopri programmi bil-lingwa nattiva ta' Galles f'ħinijiet fejn ikun hemm l-aktar telespettaturi. Il-Kanal jitrassmeti wkoll programmi mill- Channel 4 f'ħinijiet oħra.
 
Il-[[BBC]] hija l-korporazzjoni ta' xandir li hija mmexxija mill-istat u xandar permezz tar-[[radju]], it-[[televixon]] u l-[[internet]], filwaqt li hija l-eqdem u l-akbar xandar fid-dinja. Hija tħaddem bosta [[Televixon BBC|kanali tat-televixon]] u [[Radju BBC|kanali tar-radju]] kemm fir-Renju Unit kif ukoll barra mir-Renju Unit. Is-servizz tal-aħbarijiet tat-televixon internazzjonali tal-BBC, [[BBC World]], huwa mxandar madwar id-dinja u il-[[BBC World Service]] huwa mxandar f'tlieta u tletin lingwa globali, kif ukoll b'servizzi li jinkludu servizzi fil-lingwa nattiva tal-Galles fuq [[Radju BBC Cymru]] u programmi bil-lingwa nattiva tal-Iskozja u bl-Irlandiż fl-Irlanda ta' Fuq.
 
Is-servizzi domestiċi tal-BBC huma mwaqqfin mill-[[liċenżja tat-televixon]] u b'hekk kull familja li għanda l-apparat sabiex tirċievi x-xandir għanda l-obbligu legali li tħallas din il-liċenżja, sew jekk tara l-BBC jew le. Kull residenża li hija dar ta' xi ħadd fuq is-75 sena hija eżentata u l-obbligu ma jestendix għas-semmija tar-radju. Ir-Radju BBC World Service huwa mwaqqaf mill-[[Uffiċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth]] u il-kanali tat-televixon huma operati mill-[[BBC Worldwide]] fuq bażi ta' abbonament kummerċjali fuq servizzi tal-kabil u dawk tas-satellita. Hija din is-sezzjoni kummerċjali tal-BBC flimkien ma' [[Medja Virgin]] li tifforma nofs it-[[TVRU]].
 
Ir-Renju Unit issa għandu numru kbir ta' stazzjonijiet ta' kanali terrestrali diġitali li jinkludu sitta oħra mill-BBC, ħamsa mill-ITV u tlieta mill-Channel 4, u wieħed mill-S4/C li huwa biss bil-lingwa nattiva tal-Galles, fost ta' varjetà oħra. Il-maġġuranża vasta ta' servizzi diġitali tal-[[Televixon Kabil|kabil]] huma provduti mill-[[Medja Virgin]] filwaqt li tas-[[Televixon Satellita|satellita]] huma provduti mill-[[BSkyB]] u [[free-to-air]] televixon terrestrali diġitali mill-[[Wiri b'Xejn (Renju Unit)|wiri b'xejn]]. Il-Pajjiż kollu huwa mistenni li jwettaq il-[[Bidla għad-diġitali fir-Renju Unit|bidla għad-diġitali]] sa 2012.
 
[[Radju fir-Renju Unit]] huwa ddominat mir-[[Radju BBC]], li topera għaxar networks nazzjonali u l-fuq minn erbgħin stazzjon lokali tar-radju. L-aktar stazzjonijiet popolari tar-radju skont in-numru ta' semmija huwa [[Radju BBC 2]], filwaqt li ftit warajh jinsab [[Radju BBC 1]]. Hemm mijiet ta' radji kummerċjali lokali madwar il-pajjiż li joffru varjetà ta' mużika u diskussjonijiet.
 
==== Stampa ====
Tradizzjonalment, [[Lista ta' Gazzetti fir-Renju Unit|gazzetti Brittanniċi]] jistgħu jinqasmu f'dawk li huma ta' ''Kwalita'' (magħrufa aktar bħala "[[broadsheets]]" minħabba li huma ħoxnin), iġġiefieri dawk il-gazzetti li huma serji u dawk li huma aktar popolari jiġġiefieri varjeta ''[[tabloid]]''. Għal konvenjenza tal-qari, ħafna mill-broadsheets bidlu għal format ta' daqs aktar [[Kompatt (gazzetta)|kompatta]], tradizzjonalment użata mill-[[tabloid]]s. [[The Sun (gazzetta)|''The Sun'']] għandha l-ogħla ċirkulazzjoni mill-gazzetti kollha ta' kuljum tar-Renju Unit, u hija stimata li għandha kwart mill-kummerċ; il- gazzetta kuġina tagħha, ''[[The News of The World]]'' ukoll għandha l-ogħla kummerċ fil-gazzetti tal-Ħadd, u tradizzjonalment tiffoka fuq storji importanti. ''[[The Daily Telegraph]]'' , gazzetta broadsheet tal-[[Politika Leminija|ideoloġija leminija]], għaddiet ''[[The Times]]'' (format tad-daqs ta' tabloid) bħala l-ogħla bejjieħa tal-broadsheet "Kwalita". Il- ''[[Financial Times]]'' hija l-gazzetta prinċipali tal-kummerċ, u tiġi stampata fuq karta distinta ta' roża-salamun.
 
L-ewwel darba li ġiet printjata fl-1737, il-''[[The News Letter|Belfast News Letter]]'' hija l-eqdem gazzetta ingliża ta' kull jum li għadha tiġi ppublikata sal-lum. Waħda mill-kompetituri tagħha tal-Irlanda ta' Fuq, ''[[The Irish News]]'', ġie klassifikat darbtejn l-aqwa gazzetta reġjonali fir-Renju Unit fl-2006 u fl-2007.
Linja 491:
=== Filosofija ===
 
Ir-Renju Unit huwa famuż għat-tradizzjoni ta' “Empiriċiżmu Brittanniku,” parti mill-filosofija tal-intelliġenża li tgħid li intelliġenża ivverfikata mill-esperjenża biss hija valida. L-aktar filosfi famużi ta' din it-tradizzjoni huma [[John Locke]], [[George Berkeley]] u [[David Hume]]. Il-Brittanja hija magħrufa għat-teorija tal-filosofija morali, l-Utilitarjaniżmu, li ġiet użata għall-ewwel darba minn [[Jeremy Bentham]] u aktar tard minn [[John Stuart Mill]], fil-kitba qasira tiegħu “[[Utilitarianism (ktieb)|Utilitarianism]]”. Filosfi oħra eminenti mir-Renju Unit jinkludu [[William of Ockham]], [[Thomas Hobbes]], [[Bertrand Russell]], [[Adam Smith]] u [[Alfred Ayer]]. Filosfi barranin li għexu fl-Ingilterra jinkludu [[Isaiah Berlin]], [[Karl Marx]], [[Karl Popper]], u [[Ludwig Wittgenstein]].
 
=== Xjenza, Inġenerija u Innovazzjoni ===
Linja 510:
Proġetti notevoli ta' [[inġenerija ċivili]], li l-pijunieri tagħhom jinkludu [[Isambard Kingdom Brunel]], ikkontribwixxew għall-ewwel sistema ta' trasport nazzjonali bil-ferrovija tad-dinja. Avvanzi oħrajn jinkludu il-[[kronometru tal-baħar]], it-[[televiżżjoni]], il-[[magna tal-jet|magna tal-''jet'']], ir-[[rota]] moderna, id-[[dawl elettriku]], il-[[mutur tal-elettriku]], l-i-[[skrun]], il-[[mutur bil-kombustjoni interna]], ir-[[radar]] militari, il-[[kompjuter]] elettroniku, it-[[tilqim]] u l-[[antibijotiċi]].
 
Il-Ġurnali Xjentifiki ippubblikati fir-Renju Unit jinkludu ''[[Nature (gurnal)|Nature]]'', il-''[[British Medical Journal]]'' u ''[[The Lancet]]''. Fl-2006, kien irraportat li r-Renju Unit jipprovdi 9% tal-artikli tar-riċerka xjentifika tad-dinja u 12% sehem taċ-ċitazzjonijiet.
 
=== Arti Viżivi ===
Linja 520:
{{main|Simboli tar-Renju Unit, Il-Gżejjer tal-Fliegu u Isle of Man}}
 
* Il-[[Bandiera tar-Renju Unit]] hija l-[[Bandiera tal-Unjoni]] aktar magħrufa bħalha l- "Union Jack". Ġiet maħluqa permezz ta' taħlita bejn is-[[Salib ta' San Gorġ]] tal-[[Bandiera tal-Ingilterra|Ingilterra]] u is-[[Salib ta' San Andrew]] tal-i[[Bandiera tal-Iskozzja|Skozzja]] bis-[[Salib ta' San Patrick]], biex tirrepreżenta L-Irlanda u li ġie miżjud fil-1801. Il-[[Galles]] m'għandiex repreżentazzjoni fil-Bandiera tal-Unjoni minħabba li Galles ġiet maħkuma mill-Ingilterra qabel il-formazzjoni tar-Renju Unit. Madankollu, għad hemm il-possibilita li l-Bandiera tal-Unjoni terġa tiġi disinjata sabiex tinkludi l-Galles.
 
* L-[[innu nazzjonali]] tar-Renju Unit hija "[[God Save the King]]", bil-kelma "King" issir "Queen" fil-lirika kull meta l-monarkija hija femminili. Minkejja dan l-isem tal-Innu tibqa' "God Save the King".
Linja 535:
* Numru ta' 'innijiet nazzjonali' huma użati f'pajjiżi individwali tar-Renju Unit iżda mhux kollha huma popolari daqs xulxin, l-aktar popolari huma: [[Flower of Scotland]] għall-Iskozzja, [[Hen Wlad Fy Nhadau]] fil-Galles, [[Londonderry Air]] fl-Irlanda ta' Fuq u [[And did those feet in ancient time|Jerusalem]] fl-Ingilterra.
 
* [[iljun]]i ġew użati mill-[[araldika tal-armi]], li tinkludi l-armi rjali tas-saltni tal-[[Emblema tal-Ingilterra|Ingilterra]], l-i[[Emblema tal-Iskozzja|Skozzja]] u is-[[Saltna ta' Gwynedd]] f'[[Galles]]. L-iljun jinsab fl-emblema tat-[[tim nazzjonali tal-futbol tal-Ingilterra]], li żieded il-popolarita tal-innu popolari tal-futbol ''[[Tliet Iljuni]]'', u fit-[[Tim nazzjonali tal-Kriket tal-Ingilterra]]. It- "tliet iljuni" fuq l-emblema ingliża oriġinarjament kienu żewġ leopardi. Leopard ieħor ġie miżjud minn [[Richard the Lionheart]] u bl-għajnuna ta' ismu, saru magħrufa bħala it-tliet iljuni. Issa huma aktar mpenġija bħala ljuni. Leopardi huma tradizzjonalment impenġija bil-qegħda filwaqt li l-iljuni huma mpenġija bil-wieqfa fuq l-erba' saqajn u feroċi, kif hemm fl-[[Iljun Rampant]] Skoċċiż.
 
* L-Ingilterra (u xi kultant il-Brittanja) għandha karrattru personifikat ta' [[John Bull]], għalkemm dan il-karratru ma tantx għadu jintuża f'żminijiet moderni.
 
* Is-siġra tal-[[oak]] u il-[[warda]], ilhom ħafna meqjusa għal repreżentazzjoni viżivi għall-identita ingliża. Il-warda ħamra hija l-emblema tat-[[Tim tal-unjoni nazzjonali tar-rugbi tal-Ingilterra]] u l-[[Unjoni tal-Futbol Rugbi]].
 
* Iż-[[Żannur]] huwa użat ħafna bħala simbolu skoċċiż.
Linja 589:
* l-innu "God Save the Queen" huwa l-[[de facto]] [[Innu Nazzjonali]] kif ukoll l-[[Innu Rjali]] għal bosta pajjiżi oħra.
 
* L-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]] huwa stabilit għall-użu uffiċjali. Fil-[[Galles]], il-[[Bord tal-Lingwa Galliża|Bwrdd yr Iaith Gymraeg]] għandu d-dmir li jara li, "fit-tmexxija ta' stabbilimenti pubbliċi u l-amministrazzjoni tal-Ġustizzja, l-lingwa Ingliża u dik [[Lingwa Galliża|Galliża]] għandhom jiġu meqjusa daqs xulxin. Il-[[Bord tal-Lingwa Gaeliku Skoċċiż|Bòrd na Gàidhlig]] għandu d-dmir li jara li "l-istatut tal-lingwa [[Lingwa Gaelika Skoċċiż|Gaelika]] jibqa' dak ta' [[lingwa uffiċjali]] tal-[[iSkozzja]] u għanda l-istess rispett bħal-lingwa Ingliża.
 
* skont il-[[Patenta Ewropea għall-lingwi reġjonali jew minoratorji]], il-lingwi: Galliż, Gaeliku Skoċċiż,[[Lingwa Kornika|Korniku]], l-[[Lingwa Irlandiża|Irlandiż]], l-[[Ingliż-Skoċċiż ta' Ulster]] u l-[[Lingwa tal-Ingliż-Skoċċiż|Ingliż-Skoċċiż]] huma uffiċjalment meqjusa bħala Lingwi [[Lingwa Reġjonali|Reġjonali]] jew [[Lingwi Minoratorji|Minoratorji]] skont il-[[Gvern tar-Renju Unit]]. Ara wkoll [[Lingwi tar-Renju Unit]].
Linja 666:
[[da:Storbritannien]]
[[de:Vereinigtes Königreich]]
[[diq:BritanyaBritanyaya Gırde]]
[[dsb:Wjelika Britaniska]]
[[dv:ޔުނައިޓެޑް ކިންގްޑަމް]]
Linja 774:
[[pa:ਯੂਨਾਈਟਡ ਕਿੰਗਡਮ]]
[[pag:Ari na Unido]]
[[pam:UnitedPisanmetung Kingdoma Ka-arian]]
[[pap:Reino Uni]]
[[pcd:Roéyôme-Uni]]