Charles Darwin: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.2+) (Bot Żieda: pcd:Charles Darwin
No edit summary
Linja 62:
Is-saħħa ta' Darwin sofriet minħabba x-xogħol żejjed li tgħabba bih. Fl-20 ta' Settembru tal-1837, ħass xi "palpitazzjonijiet tal-qalb". It-tabib tiegħu ordnalu xahar mistrieħ, u għalhekk mar Shrewsbury joqgħod f'[[Maer Hall]] mal-qraba tan-naħa ta' ommu, imma sabhom kurjużi wisq dwar l-istejjer fuq il-vjaġġi tiegħu biex ikun jista' jistrieħ. Il-kuġina tiegħu [[Emma Darwin|Emma Wedgwood]], grazzjuża, intelliġenti u kolta, u disa' xhur ikbar minn Darwin, kienet tieħu ħsieb zijitha, li kienet marida. Zijuh [[Josiah Wedgwood II|Jos]] urieh post fejn xi rmied kien sparixxa taħt il-ħamrija u ssuġġerixxa li dan jista' jkun il-ħidma tal-ħniex. Din kienet l-oriġini ta' taħdita li Darwin ta lis-Soċjetà Ġeologika fl-1 ta' Novembru, fejn wera għall-ewwel darba is-sehem tal-ħniex fil-formazzjoni tal-ħamrija.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 233-234. </ref><ref> Arrhenius 1921, pp. 255-257 </ref>
 
[[William Whewell]] (1794-1866) ħajjar lil Darwin jaċċetta l-kariga ta' Segretarju tas-Soċjetà Ġeologika. Wara li fil-bidu rrifjuta din ir-responsabbiltà żejda, aċċetta l-post f'Marzu 1838.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 233-236. </ref> Minkejja x-xogħol tal-kitba u l-editjar, għamel progress notevoli fuq it-trasformiżmu. Filwaqt li l-ideat tiegħu dwar l-evoluzzjoni żammhom sigrieti, kien jieħu kull opportunità li jintervista n-naturalisti ta' esperjenza u, b'mod informali, in-nies li kellhom tagħrif prattiku bħall-bdiewa u d-dilettanti tal-ħamiem.<ref> van Wyhe 2006. </ref ><ref> Desmond & Moore 1991, p. 241-244, 426. </ref> Maż-żmien ir-riċerka tiegħu twessgħet u kien jistaqsi l-familja kollha, inklużi t-tfal, il-maġġurdom, il-ġirien, nies mill-kolonji u sħabu ta' abbord.<ref> Browne 1995, p. xii </ref> L-ispekulazzjoni inizzjali tiegħu inkludiet ir-razza umana u fit-28 ta' Marzu tal-1838, wara li osserva xadina fiż-żu, innota x-xebh kbir bejn l-imġiebaimġiba tagħha u dik ta' tifel jew tifla.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 241-244. </ref>
 
Dawn l-isforzi kollha fl-aħħar għamlu bih u, f'Ġunju, kellu jibqa' fis-sodda għal ftit jiem minħabba problemi tal-istonku, uġigħ ta' ras u sintomi kardijaċi.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 252. </ref> Fil-bqija ta' ħajtu, kellu jieqaf bosta drabi minħabba uġigħ fl-istonku, rimettar, sħana kbira, palpitazzjonijiet, rogħda u uġigħ ieħor, speċjalment fil-mumenti ta' tensjoni, bħal meta kien ħa jattendi xi laqgħa jew jirrispondi għal xi polemika fuq it-teorija tiegħu. Il-kawża ta' din il-marda baqgħet ma nstabitx f'ħajtu, u l-kura għamlet ftit suċċess. Fiż-żmienna kien hemm xi suġġerimenti, fosthom il-[[marda ta' Chagas]], li seta' ħa mill-gdim tal-insetti fl-Amerika t'Isfel, il-[[Marda ta' Ménière|marda ta' Meniere]], jew diversi mard psikoloġiku. Għadna ma nafux żgur.<ref> Gordon 1999. </ref>
Linja 153:
F'dan il-ktieb, Darwin isostni li waħda mill-kawżi tal-evoluzzjoni hija l-wirt tal-karatteristiċi miksuba. (Kontra ma jaħsbu ħafna, fil-fatt, Darwin ma jiċħadx l-idea Lamarckjana tat-trażmissjoni tal-karatteristiċi miksuba.) Ipprova ħafna jagħti spjegazzjoni teoretika tal-eredità tal-karatteristiċi akkwistati bl-għajnuna tal-ipoteżi tal-''panġenesi''.<ref>Christian Godin, La totalité, vol. 5, Champ Vallon, 1997, pp. 482-483, Goulven Laurent, artiklu ''Lamarckisme'' fid-''Dictionnaire d'histoire et philosophie des sciences'', Pariġi, PUF, 2006, p. 654.</ref> Fl-1880, sentejn qabel mewtu, kien għadu jikteb lir-rivista ''Nature'' biex imeri dak li kien jgħid Wyville Thomson, li hu għamel l-għażla naturali l-uniku mutur tal-evoluzzjoni u sabiex jafferma mill-ġdid il-qbil tiegħu mat-teorija tal-effett tal-użu u n-nuqqas ta' użu.<ref> "Jista' Sir Wyville Thomson isemmi 'l xi ħadd li qal li l-evoluzzjoni tal-ispeċi tiddependi biss mill-għażla naturali? Sa fejn nidħol jien, nemmen li ħadd ma ppreżenta tant osservazzjonijiet dwar l-effetti tal-użu u nuqqas ta' użu ta' partijiet daqs li għamilt jien f'''Varjazzjonijiet fl-Annimali u x-Xtieli taħt l-azzjoni tad-domestikazzjoni'', u dawn l-osservazzjonijiet kienu magħmula speċjalment b'dan l-għan. Bl-istess mod żidt korp konsiderevoli ta' fatti, li juru l-azzjoni diretta tal-kondizzjonijiet esterni fuq l-organiżmi, għalkemm bla ebda dubju minn mindu l-kotba tiegħi ġew ippubblikati tgħallimna ħafna fuq dan is-suġġett. Darwin, ittra tal-1880 lir-rivista ''Nature'', ''More Letters of Darwin'', vol. 1, Londra, 1903, p. 389, iċċitat minn Goulven Laurent, artiklu ''Lamarckisme'' fid-''Dictionnaire d'histoire et philosophie des sciences'', Pariġi, PUF, 2006, p. 655.Fi ktieb iddedikat għal xi leġġendi dwar l-istorja tax-xjenza, John Waller fil-Kapitlu 9 jittratta l-ħrafa li Darwin ċaħad li l-karatteristiċi miksuba jintirtu. Dan il-kapitlu hu intitolat "The origin of species by means of use-inheritance" (L-oriġini tal-ispeċi permezz tal-wirt tal-karatteristiċi akkwistati). John Waller, Fabulous''Science'', Oxford University Press, 2002, Kap. 9, pp. 176-203. </ref> (F'termini Lamarckjani<ref> Ara Lamarck, ''Philosophie zoologique'', 1809, Parti I, Kap. 7, l-ewwel u t-tieni liġi; Reed. Flammarion, 1994, pp . 216-217. </ref> tal-eredità tal-karatteristiċi miksuba).
 
Il-kwistjoni tal-evoluzzjoni tal-bniedem tqajmet minn dawk li kienu jappoġġjawh (u dawk li kienu jmaqdruh) ftit wara l-pubblikazzjoni ta' ''Dwar l-Oriġni tal-Ispeċi'',<ref> Ara [http://c19.chadwyck.co.uk/html/noframes/moreinfo/evol_t.htm lista tal-kotba tas-seklu XIX dwar l-evoluzzjoni u l-ħolqien: id-dibattiti xjentifiċi u reliġjużi fi żmien Darwin]. Ikkonsultat fil-15 ta' Diċembru 2006. </ref> iżda l-kontribuzzjoni vera ta' Darwin dwar dan is-suġġett ġiet aktar minn għaxar snin wara, bix-xogħol f'żewġ volumi ta' ''Nisel il-bniedem u l-għażla marbuta mas-sess'' ippubblikat fl-1871. Fit-tieni volum, Darwin fisser bir-reqqa l-kunċett tiegħu tal-għażla sesswali biex jispjega l-evoluzzjoni tal-kultura umana, id-differenzi bejn is-sessi fil-bnedmin u bejn ir-razez umani, kif ukoll il-ġmiel tar-rix fl-għasafar (li ma deherx li kien ir-riżultat ta' adattament).<ref> Darwin 1871 </ref ><ref> Moore & Desmond 2004 </ref> Is-sena ta' wara Darwin ippubblika l-aħħar xogħol importanti tiegħu, ''L-Espressjoni tal-emozzjonijiet fil-bnedmin u fl-annimali'', iddedikat għall-evoluzzjoni tal-[[psikoloġija umana]] u kif ġejja mill-imġiebaimġiba tal-annimali. Spjega l-ideat tiegħu li skonthom il-moħħ tal-bniedem u l-kulturi żviluppaw bis-[[selezzjoni naturali]] u [[selezzjoni sesswali|sesswali]],<ref> Darwin 1872 </ref> kunċett li gawda bidu ġdid fl-aħħar tletin sena bit-twelid tal-psikoloġija evoluzzjonista.<ref> Ghiselin 1973. </ref> Kif ikkonkluda f'''Nisel il-bniedem'', Darwin kien jaħseb li minkejja l-"kwalitajiet nobbli" tal-umanità u l-"kapaċitajiet li żviluppat": "Il-bniedem għandu dejjem fl-għamla fiżika tiegħu, it-timbru li ma jitħassarx tan-nisel umli tiegħu".<ref> Darwin 1871, [http://darwin-online.org.uk/content/frameset?itemID=F937.2&viewtype=text&pageseq=422 p. 405] </ref>
 
L-esperimenti u r-riċerki tiegħu dwar l-evoluzzjoni spiċċaw biex dehru fil-kotba fuq il-moviment tax-xtieli xeblieka, [[pjanti karnivori|xtieli insettivori]], l-effetti tad-dakkir tax-xtieli u l-awto-fertilizzazzjoni tagħom, il-forom differenti ta' fjuri fuq il-pjanti tal-istess speċi u ''l-abbiltà tal-pjanti li jiċċaqalqu''. Fl-aħħar ktieb tiegħu reġa' ħares lejn l-influwenza tal-ħniex fuq il-formazzjoni tal-ħamrija.<ref name="dud"/>