Arti: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot Żieda: uz:Sanʼat
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Mona Lisa, by Leonardo da Vinci, from C2RMF retouched.jpg|thumb|250px|Il-[[Mona Lisa]], waħda mill-opri famużi ta' [[Leonardo da Vinci]]]]
L-'''arti''', b'mod ġenerali, tinkludi kwalunkwe attività umana - magħmula b'mod singulari jew inkella kollettiv - li, permezz ta' teknika, kapaċitajiet innati u normi ta' mġiebamġiba miksuba mill-[[studju|istudju]] u mill-[[esperjenza|esperjenzi]], twassal għal forom [[kreattività|kreattivi]] ta' espressjoni [[estetika]]. Illum-il ġurnata, l-arti hija strettament marbuta mal-emozzjonijiet, u għaldaqstant l-espressjonijiet artistiċi, avolja mmirati biex jitrażmettu "messaġġi", ma jiffurmawx lingwaġġ propju, għaliex m'għandhomx kodiċi inekwivokabbli li kulħadd juża u minflok, dawn jiġu interpretati b'mod soġġettiv għall-aħħar.
 
L-arti tista' tiġi kkunsidrata anki taħt l-aspett ta' [[professjoni]] bi [[tradizzjoni]] antika, żvolta taħt il-ħarsien ta' ċerti [[kanoni (arti)|kanoni]] kodifikati maż-żmien. F'dan is-sens, il-professjoni artiġjanali - jiġifieri, dawk li għandhom x'jaqsmu mal-[[artiġjanat]] - spiss huma frott il-Medjuevu, meta b'xi mod żviluppaw bħala attivitajiet speċjalizzati u dawk li eżerċitawhom ġew miġbura f'[[korporazzjoni]]jiet. Kull ''arti'' kellha t-tradizzjoni tagħhjja, liema kunċetti fundamentali kienu miġbura fir-''regola tal-arti'' u li magħhom kellu jkun konformi kull artist.