Egon Schiele: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 21:
Schiele fittex studju rħis u ambjent li jispirah u dawn sabhom Neulengbach, 35-il km lejn il-punent ta’ Vjenna u mar joqgħod hemm ma’ Wally. Il-mod kif kienu jgħixu Schiele u Wally qajjem ħafna storbju fil-belt u f’April ta’ l-1912 arrestawh għall-korruzzjoni ta’ minorenni. Meta l-pulizija ġew l-istudju biex jarrestawh, ikkonfiskaw iżjed minn mitt disinn li kkonsidraw pornografiċi u tefgħuh il-ħabs sakemm tela’ l-qorti. Meta deher quddiem l-imħallef l-akkużi ta’ seduzzjoni u rapiment waqqagħhom imma sabu ħati li wera disinji erotiċi fejn jistgħu jarwahom it-tfal. L-imħallef ħaraq waħda mid-disinji fuq xema fil-qorti stess, imma billi Schiele diġà kien għamel wieħed u għoxrin ġurnata maqful, tah sentenza ta’ tlett ijiem il-ħabs biss. Waqt li kien il-ħabs Schiele pinġa serje ta’ 12-il pittura li juru l-ħruxija taċ-ċelel tal-ħabs.
 
Fl-1914 Schiele ltaqa' ma' Edith Harms li kienet toqgħod fl-istess triq faċċata ta’ ltal-istudju u li kienet it-tifla ta’ mastru-ċavettier. Is-sena ta’ wara telaq 'l Wally u tgħarras ‘l Edith u minkejja xi oppożizzjoni mill-familja tagħha, iżżewiġha f’Ġunju ta' 1915.
 
=== Il-Gwerra ===