Egon Schiele: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 12:
 
=== L-ewwel wirjiet ===
Fl-1907, Schiele sar jaf ‘l Gustav Klimt. Klimt kien jgħin l-artisti żagħżagħ b’ġenerożità kbira u ħa interess speċjali f’ Schiele minħabba t-talent li ra fih u kien jixtri d-disinji tiegħu, ipartat x’uhud ma’ tiegħu stess, isiblu l-mudelli u jintroduċih ma' nies li kienu interessati jixtru x-xogħol tiegħu. Introduċa ‘l Schiele wkoll mal-"Wiener Werkstätte", il-grupp ta’ ltal-arti u l-artiġġjanat li kellu x’jaqsam mas-Seċessjoni Vjenniża. Fl-1908 Schiele kellu l-ewwel wirja f’ Klosterneuburg. Is-sena ta’ wara ħalla l-Akkademja, meta spiċċa t-tielet sena u ma studenti dissodisfatti oħra, waqqaf il- "Neukunstgruppe" (Grupp ta’ L-Arti Ġdida). Fl-istess sena, 1909, Klimt stieden 'l Schiele biex juri xi xogħol tiegħu fil-''Kunstschau'' ta’ Vjenna, fejn kien hemm pitturi ta’ [[Edvard Munch]], [[Jan Toorop]] u [[Vincent van Gogh]] fost oħrajn. F’dawn ix-xogħlijiet l-istil tiegħu, ħieles mill-irbit tar-regoli riġidi u l-konvenzjonijiet ta’ l-akkademja, kien diġa sar espressjonista. Ma’ ġenb ritratti ta’ ħbiebu u tiegħu stess, wera pitturi fejn l-fiżiċità tal-ġisem hi rappreżentata permezz ta’ tgħawwiġtgħawiġ aggressiv tal-figuri. Schiele beda jesplora mhux biss il-forma umana imma wkoll is-sesswalità umana li b’din id-distorsjoni tal-forom għamilha ossessjoni erotika u mat-tema ta’ solitudni ittormentata, taha tensjoni mimlija emozzjoni qawwija. Schiele uża linja taqta’ u inċisiva biex jesprimi t-turmenti tiegħu. Il-kulur f’idejh kiseb valur awtonomu, mhux naturalistiku u aktarx fl-aħdar, b’riżultati partikularment effikaċi fin-numru kbir ta’ akwarelliakkwarelli u disinji ta’ tensjoni alluċinata.
 
Ħafna nies sabu l-frankezza tax-xogħol tiegħu allarmanti.