Charles Darwin: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 97:
Biex jipprova jfiq mill-marda kronika li kien ibagħti biha, fl-1848 Darwin mar Great Malvern, fejn hemm stazzjon termali. Il-kura ta' ftit xhur għamlitlu ħafna ġid u meta mar lura seta' jerġa' jibda jaħdem. Però, meta miet missieru fit-13 ta' Novembru, kien għadu tant dgħajjef li ma setax jattendi l-funeral.<ref> Darwin 1887 [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=32 p.32]. {{Iċċita|"Għal din ir-raġuni fl-1848 mort Malvern għal xi xhur għal kura idropatika, li għamlitli ħafna ġid, tant li meta mort lura d-dar kont kapaċi nerġa' nibda naħdem. Kont hekk bla saħħa li meta miet l-għażiż missieri fit-13 Novembru, 1848, ma stajtx nattendi l-funeral tiegħu jew nagħmilha ta' eżekutur tat-testment tiegħu".}}</ref> Fl-1849, it-tifla għażiża tiegħu, [[Anne Darwin|Annie]], mardet, u reġa' beda jibża' li l-marda tista' tkun ereditarja. Wara sensiela twila ta' kriżijiet, mietet f'April 1851, u Darwin tilef għal kollox il-fidi f'Alla li jridilna t-tajjeb.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 383-387. </ref>
 
Fit-tmien snin li Darwin qatta' jaħdem fuq il-koċċli, irnexxielu jsib "omoloġiji" li jsaħħu t-teorija tiegħu billi juru li xi partijiet tal-ġisem kemm kemm mibdula jservu funzjonijiet differenti biex jiffaċċjaw kundizzjonijiet ġodda.<ref> Darwin 1887, p. [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=32 32], [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=33 33].</ref> Fl-1853, kiseb il-Midalja Rjali tar-Royal Society, li stabbilixxietstabbiliet ir-reputazzjoni tiegħu bħala bijologu.<ref> Desmond & Moore 1991, p. 383-387. </ref> Fl-1854, reġa' qabad ix-xogħol tiegħu fuq it-teorija tal-ispeċi u f'Novembru, induna li d-diverġenza fil-dixxendenti setgħet tiġi spjegata bil-fatt li dawn kienu adattataw rwieħhom "għal sitwazzjonijiet differenti fl-ekonomija tan-natura."<ref> Darwin 1887, p. [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=33 33], [http://wikiwix.com/cache/?url=http://www.gutenberg.org/catalog/world/readfile?fk_files=39003%26pageno=34 34].</ref>
 
=== Il-publikazzjoni tat-teorija tas-selezzjoni naturali ===