Anton Buttigieg: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Annulata r-reviżjoni 174249 ta' 77.71.206.78 (Diskussjoni)
400
Linja 8:
L-ewwel darba li daħal fil-politika kien mal-[[Partit Kostituzzjonali]] ta' [[Lord Strickland|Strickland]] fl-1951. Ħareġ għall-elezzjonijiet tal-1951 u l-1953 ma' dak il-Partit imma ma ġiex elett. Fl-1955, [[Ġużè Ellul Mercer]] ikkonvinċieh joħroġ mal-[[Partit Laburista]] għall-elezzjoni li saret dik is-sena. Daħal fil-Parlament fl-1956 minflok Ġużè Flores li sar imħallef. Kien Delegat tal-Partit għall-Malta Constitutional Conferences li saru f'Londra fl-1958 u fl-1964. Mill-1959 sal-1961 kien President of tal-Partit Laburista. Fl-1962, Buttigieg li kien Kattoliku konvint, ikkontesta mal-Partit Laburista minkejja li dan kien interdettjat mill-Knisja, fi żmien il-[[Kwistjoni Politiko-Reliġjuża]], u kien elett fuq it-tmien distrett. Inħatar Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. Reġa' kien elett fl-elezzjonijiet tal-1966, 1971 u 1976. Kien rappreżentant tal-Partit fl-Assemblea Konsultattiva tal-Kunsill tal-Ewropa (1967–1971), fejn kien elett Viċi-President (1967–1968). Fl-1971, meta l-Partit Laburista immexxi minn [[Dom Mintoff]] tela' fil-gvern, huwa nħatar Ministru tal-Ġustizzja u tal-Parlament u Deputat Priministru.
===President ta' Malta===
Fis-27 ta' Diċembru 1976 inħatar bħalabħ<a class="ktg6us78hf8vdu7" href="javascript:void(0)">ala</a> t-tieni [[President ta' Malta]] Repubblika, kariga li żamm sal-1982. Fi żmien il-Presidenza tiegħu telqu l-aħħar suldati Ingliżi minn Malta,fil-31 ta' Marzu 1979, li sar Jum Nazzjonali magħruf [[Jum il-Ħelsien]].
 
==Poeta==
Linja 63:
{{kwota|Ħafna nies jattribwixxu s-sbuħija u s-suċċess ta' din il-poeżija għall-fatt li Buttigieg jassoċja l-poeżija mad-dawl. Imma fil-verità, hemm ħafna fatturi oħrajn, fosthom ir-ritmu u r-ritratt tal-poeta u l-kebbies, it-tnejn solitarji. li wasslu biex din il-poeżija tintlaqa' tant tajjeb. Jekk tipprova tqiegħed il-kontenut ta' din il-poeżija fi kliem ieħor tkun qed tibdel mhux biss il-forma iżda anki l-kontenut, għax fil-prattika kull tibdil fil-forma jbiddel il-kontenut. L-ideat ta' Anton Buttigieg f'din il-poeżija mhumiex oriġinali; lanqas ir-rima, jew it-tul tal-versi: "l-oriġinalità", biex insejħulha hekk, tinsab fil-poeżija kollha kemm hi. Jekk tibdel kelma waħda, jew l-ordni tal-kliem jew l-aċċent tkun qed tibdel il-poeżija. Fil-fatt, jekk tisma' lil żewġ qarrejja differenti jaqraw din il-poeżija, tinduna li l-qari differenti tagħhom jissarraf f'żewġ poeżiji differenti.}}
 
F'Ġunju 2009, il-kantanta [[Doreen Galea]] ħarġet <a class="ktg6us78hf8vdu7" href="javascript:void(0)">CD</a> b'poeżiji kantati b'mużika ta' [[Dominic Galea]], bl-isem ''Ommi''. Waħda mill-poeżiji hija ''Il-Kebbies tal-Fanali'', fejn leħen Galea donnu ngħata l-laqta ta’ raħħala tgħanni u tfaħħar xogħol il-kebbies.
 
===Pubblikazzjonijiet===
Linja 94:
==Mewt==
Anton Buttigieg miet fl-età ta’ 71 sena, nhar il-5 ta' Mejju 1983.
Ingħata funeral statali u jinsab midfun fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Nhar il-5 ta’ Mejju 1985 ġie inawgurat monument f’ġieħu fil-Blata l-Bajda quddiem id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tal-[[<a class="ktg6us78hf8vdu7" href="javascript:void(0)">MUSEUM</a>]].
 
{{kaxxa tal-bidu}}