Francis Ebejer: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 78.133.51.13 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 93.107.89.204
Linja 1:
'''Francis Ebejer''' (28 ta' Awissu, 1925 - 10 ta' Ġunju, 1993) kien kittieb u drammaturgu Malti tas-seklu 20.
[[Image: FrancisEbejer.jpg|thumb|right|210px| Francis Ebejer]]
 
==Bijografija==
Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-[[Dingli]]. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-[[Università ta’ Malta]] bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu ta’ l-Ingliż-Taljan ma l-''8th Army'' ta’ l-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta’ Fuq (1943-44). Ħa sena kors tal-letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem ta' l-[[Ingliż]] u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, Middlesex (1948-50) l-[[Renju Unit|Ingilterra]], inħatar kap ta' l-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sa' l-1977.
 
Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-B.B.C. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż u saħansitra għall-Ġappuniż. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.
 
Ebejer kien membru tal-[[P.E.N.]](L-Għaqda Internazzjonali ta' l-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill ta' l-Akkademja tal-Malti.
 
Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-'Cheyneh Award for the Best Producer' fl-1984, il-'Phoenicia Trophy for Culture" fl-1982 u fl-1985, u l-premju 'Città di Valletta' fl-1989.
 
Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.
[[Image: Francis ebejer.jpg|thumb|right|210px|Monument lil Francis Ebejer, Ħad-Dingli]]
 
==Xogħlijiet==