Marie Curie: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 10:
Dak iż-żmien, Varsavja kienet annessa mar-Russa, u n-nisa ma setgħux immorru l-università. Għalhekk, f'Novembru 1891, Marie telqet lejn Pariġi, fejn diġà kien hemm oħta l-kbira tistudja l-mediċina u fejn kienet ġiet aċċettata biex issegwi l-istudji fix-[[Fiżika|xjenzi fiżiċi]] u fix-[[Matematika|xjenzi matematiċi]] fil-fakultà tax-Xjenza tas-Sorbonne. Sentejn wara, ġiet l-ewwel fil-''licence'' fix-xjenzi fiżiċi u s-sena ta' wara ħadet il-''licence'' fix-xjenzi matematiċi u ġiet it-tieni. Imbagħad marret taħdem fil-Laboratorju tar-riċerki fiżiċi taħt [[Gabriel Lippmann]].
[[Stampa:Maison natale de Marie Curie.JPG|thumb|right|210px|Dar tat-twelied ta' Marie Curie, [[Varsavja]].]]
Fir-rebbiegħa ta' ltal-1894, iltaqgħet ma' [[Pierre Curie]] u żżewġu fil-komuni ta' Sceaux, Hauts-de-Seine, fis-26 ta' Lulju 1895. Fl-1896, ġiet l-ewwel fl-''agrégation'' tal-fiżika. Fit-12 ta' Settembru 1897, kellha l-ewwel tifla, Irène.
 
=== Il-Polonju u r-Radju ===
F'Diċembru 1897, bdiet ix-xogħol tat-teżi fuq l-istudju tar-raġġi prodotti mill-Uranju, skoperti minn [[Henri Becquerel]]. Bl-użu tal-metodi tekniċi żviluppati minn żewġha, analizzat ir-radjazzjoni mogħtija mill-[[Uraniniti|pechblenda]], (forma kollojdali tal-minerali [[Uraniniti]]), li hi għanja ħafna fl-Uranju.
 
Min-naħa tiegħu Pierre fl-1898, ħalla x-xogħol fuq il-[[Piezoelettriċità]] biex jingħaqad ma' martu fl-istudju tar-radjoattività. Ħa permess mid-direttur ta' ltal-Iskola tal-Fiżika u Kimika (li llum saret l-''École supérieure de physique et de chimie industrielles de la ville de Paris'') biex juża ħanut tax-xogħol fis-sular t'isfel. It-trattamenti kimiċi kienu jsiru f'maħżen, ma' ġenb il-ħanut, separat minnu b'bitħa biss.
 
F'dan il-laboratorju fejn eżaminaw il-pechblenda, skoprew żewġ elementi ġodda. Fit-18 ta' Lulju 1898, Marie Curie ħabbret l-iskoperta tal-[[Polonju]], msemmi hekk għal art twelidha. Fis-26 ta' Diċembru, ma' [[Gustave Bémont]], ħabbret is-sejba tar-[[Radju]]; kellhom jittrattaw tunellati sħaħ ta' pechblenda biex joħorġu inqas minn gramma ta' dan l-element. Dan ix-xogħol sar f'postijiet bla kumdità xejn. Skond il-kimiku Ġermaniż Wilhelm Ostwald, li żar il-post tax-xogħol ta' Pierre u Marie Curie: "''Dan il-laboratorju kien qiesu fl-istess ħin stalla u maħżen tat-tuffieħ. Kieku ma rajtx l-apparat tal-kimika, kont naħseb li qegħdin jidħqu bija''".
Linja 34:
 
=== L-Istitut tar-Radju ===
Fl-aħħar tal-1909, il-professur Émile Roux, id-direttur ta' ltal-Istitut [[Pasteur]], issuġerixxa li jinħoloq Istitut tar-Radju, dedikat għar-riċerka medika kontra l-''cancer'' u l-kura tiegħu bir-[[radjoterapija]]. Minkejja l-fama ta' Marie Curie minħabba l-Premju Nobel, kellha tistenna sa l-1911 biex tibda x-xogħol tagħha, issussidjata minn Daniel Iffla-Osiris. L-Istitut, f'''rue d'Ulm'', Pariġi, li llum hu magħruf bħala l-Istitut Marie Curie, fetaħ fl-1914, eżatt qabel bdiet l-[[Ewwel Gwerra Dinjija]]. Ġabar fih żewġ laboratorji ta' oqsma komplementari : il-laboratorju tal-fiżika u l-kimika, immexxi minn Marie Curie, u l-laboratoju Pasteur, li jikkonċentra fuq ir-radjoterapija, dirett minn Claudius Régaud.
 
=== Il-''petites Curies'' ===
Meta faqqet il-gwerra, Marie Curie kienet mobilizzata kif kienu l-membri l-oħra ta' ltal-Istitut tar-Radju. Flimkien ma' Antoine Béclère, direttur tas-servizz radjoloġiku ta' ltal-armata, ħadet sehem fit-twaqqif ta' units kiruġiċi mobbli. Waqfet ukoll tmintax-il-vettura tar-radjoloġija imlaqqmin ''"petites Curie"'' li ntbagħtu fuq il-front. Fl-Istitut tar-Radju, ħarrġet l-infirmiera radjoloġi.
 
Fl-1916, ħadet il-liċenzja tas-sewqan u kienet tmur regularment fuq il-front biex tieħu r-radjografiji. Irène, li kellha tmintax-il sena biss kienet tagħmel l-istess fl-isptarijiet tal-kampanja matul il-gwerra kollha.
Linja 61:
* Fit-8 ta' Marzu 2007, l-istazzjon tal-métro Pariġin ''Pierre Curie'' bidel l-isem għal ''Pierre et Marie Curie''.
* L-[[Université Paris 6]], [[Franza]], għandha l-isem ''Université Pierre et Marie Curie''.
* L-università publika ta' [[Lublin]], fil-[[Polonja]], għandha l-isem 'Università Marie Curie-Skłodowska', ''Uniwersytet Marii Curie-Skłodowskiej w Lublinie''<ref> Sit ta' ltal-Università Marie Curie: http://www.umcs.lublin.pl/</ref>.
* L-element atomiku numru 96, skopert fl-1944, isemma [[Kurju]] f'unur ta' [[Pierre Curie|Pierre]] et Marie Curie.
* Fl-aħħar il-''Marie Curie Fellowship Association''<ref> Sit ta' ltal-għaqda ''Marie Curie Fellowship Association'': http://www.mariecurie.org/</ref> hu programm ta' għajnuna għall-mobbiltà ġeografika għar-riċerkaturi żagħżagħ [[Ewropa|Ewropej]].
* Fl-2006, iz-Zekka ta' Pariġi ħarġet 500 munita ta' 20€ tad-deheb, għall-kollezzjonisti.