Marie Curie: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 17:
Min-naħa tiegħu Pierre fl-1898, ħalla x-xogħol fuq il-[[Piezoelettriċità]] biex jingħaqad ma' martu fl-istudju tar-radjoattività. Ħa permess mid-direttur ta' l-Iskola tal-Fiżika u Kimika (li llum saret l-''École supérieure de physique et de chimie industrielles de la ville de Paris'') biex juża ħanut tax-xogħol fis-sular t'isfel. It-trattamenti kimiċi kienu jsiru f'maħżen, ma' ġenb il-ħanut, separat minnu b'bitħa biss.
 
F'dan il-laboratorju fejn eżaminaw il-pechblenda, skoprew żewġ elementi ġodda. Fit-18 ta' Lulju 1898, Marie Curie ħabbret l-iskoperta tal-[[Polonju]], msemmi hekk għal art twelidha. Fis-26 ta' Diċembru, ma' [[Gustave Bémont]], annunzjatħabbret is-sejba tar-[[Radju]] ; kellhom jittrattaw tunellati ta' pechblenda biex joħorġu inqas minn gramma ta' dan l-element. Dan ix-xogħol sar f'postijiet bla kumdità xejn. Skond il-kimiku Ġermaniż Wilhelm Ostwald, li żar il-post tax-xogħol ta' Pierre u Marie Curie: "''Dan il-laboratorju kien qiesu fl-istess ħin stalla u maħżen tat-tuffieħ. Kieku ma rajtx l-apparat tal-kimika, kont naħseb li qegħdin jidħqu bija''".
 
[[Stampa:Dyplom_Sklodowska-Curie.jpg|thumb|right|210px|Wieħed mill-premji Nobel ta' Marie Curie]]