Papessa Ġovanna: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
No edit summary |
No edit summary |
||
Linja 20:
L-ewwel wieħed li ppubblika l-leġġenda kien il-kronista [[Dumnikan]] [[Ġwanni ta' Metz]] fis-sena 1240, u ftit snin wara kompla l-kollega tiegħu Dumnikan [[Martin Troppau]].
Bħal fil-leġġendi l-oħra kollha in ġenerali, hemm xi verità, mżejna b'saff ta' finzjoni. Jeżisti siġġu simili; meta l-papa jieħu l-pussess tal-[[Katedra]] tiegħu Rumana, f'[[San Giovanni in Laterano]], tradizzjonalment joqgħod bilqiegħda fuq żewġ siġġijiet tal-[[porfirju]] (il-ġebla tal-imperaturi), bil-maqgħad tagħhom f'għamla ta' qagħqa. Ir-raġuni għal dawn it-toqob għadha tiġi diskussa, iżda is-siġġijiet huma t-tnejn ta' żmien [[Kostantinu]], sekli qabel l-istorja tal-Papessa Ġovanna u hekk ma
Bosta awturi jżidu mal-konfużjoni billi jżidu siġġu ieħor tal-[[irħam]] u l-porfirju bl-ebda toqba fil-maqgħad, li illum għadu jeżisti fil-[[kjostru]] anness mal-Bażilika tal-Lateran, dak li hu msejjaħ s-''sedia stercoraria'' <ref>siġġu tal-ħara</ref>. It-''Théologie portative: ou, Dictionnaire abrégé de la religion chrètienne''<ref>Paul Henri Thiry d'Holbach, ''Théologie portative: ou, Dictionnaire abrégé de la religion chrètienne'', 1768</ref> ta' Paul Henri Thiry d'Holbach jiddefinixxi b'mod irreverenti (u b'mod żbaljat) is-sedia stercoraria bħala "siġġu bit-toqba li l-papa malli jkun elett iqiegħed fuqu l-warrani mqaddes tiegħu, sabiex ikun jista' jiġi vverifikat is-sess tiegħu, u hekk tiġi evitata l-inkonvenjenza ta' papa mara". Fil-''Vita della papessa Giovanna'', Bartolomeo Platina jispega s-''sedia stercoraria'' hekk: "Dan is-siġġu kien iddisinjat sabiex kull min jiġi nvestit b'poter tant kbir ikun jaf li hu mhux Alla, iżda bniedem u hekk hu suġġett għall-ħtiġijiet tan-natura"<ref> Bartolomeo Platina, ''Vitae Pontificum Romanorum'', Ruma 1932, pp. 151-52</ref>.
|