Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m r2.7.2) (Bot Żieda: ar:لوكريسيا بورجيا
No edit summary
Linja 2:
'''Lucrezia Borgia''' ([[Subiaco]], [[18 ta' April]] [[1480]] – [[Ferrara]], [[24 ta' Ġunju]] [[1519]]) kienet it-tifla illeġittima tal-[[Papa Alessandru VI]] (Rodrigo Borgia) u l-maħbuba tiegħu [[Vannozza Cattaneo]].
 
Miftakra bħalaKienet mara ta' sbuħija affaxxinanti, li spiss sabet ruħha mdaħħla fl-intrigi tal-qrati Taljani ta' żmienha, ħajjitha marbuta mal-fortuna tal-familja qawwija tagħha. Kienet kastellana [[Rinaxximent | Rinaxximentali]] perfetta, tattira l-ammirazzjoni u tbeżża' fl-istess ħin <ref>Mill-ktieb ''La leggenda nera di Lucrezia Borgia'', ''Clio Magazine''</ref>, li kisbet il-fama ta' politikanta ta' ħila u diplomatika għaqlija.
 
Il-familja ta' Lucrezia, matul l-istorja, spiċċat biex saret l-inkarnazzjoni tal-politika [[Niccolo Machiavelli|Machiavellija]] bla ħniena u tal-korruzzjoni sesswali attribwita lill-papati Rinaxximentali. Missierha, [[Papa Alessandru VI|Alessandru VI]] u [[Cesare Borgia|ħuha Cesare]] irranġawlha bosta żwiġijiet ma' rġiel importanti u qawwija, bl-għan li jilħqu l-ambizzjonijiet politiċi tagħhom.